Herunterladen Diese Seite drucken

Ingersoll-Rand R30 Produktinformationen Seite 981

Contact-cooled rotary screw air compressor
Vorschau ausblenden Andere Handbücher für R30:
93014.15.12
Units Imkessħin Bl-ilma
Pajpijiet li jkessħu l-ilma
Pajpijiet tal-ilma għal u mill-pakkett tal-kompressur jridu jkunu
tal-anqas kbar daqs id-daqs tal-konnessjoni tal-pakkett, jew akbar .
Twaħħalx pajpink tal-ilma iżgħar minn kemm .
Valvijiet tal-iżolazzjoni bi drejnijiet fil-ġenb għandhom ikunu stallati kemm
fuq il-linji tal-inlet u dawk tal-owtlet. Biex iżżomm il-kuler nadif u ta' min
jorbot fuqu, hu importanti tistalla strejner ta' daqs ta' 2mm tal-mexx fuq il-
linja tal-inlet. L-istrejners jistgħu jinkisbu mingħand Ingersoll Rand.
Fil-każ ta' applikazzjonijiet tal-ilma baħar (għażla tal-ilma tal-baħar biss) MHUX
rrakkomandat anojd taż-żinku għax ibaxxi l-kwalità tal-film tal-ossidju tar-ramm
aħmar fuq it-tubi tal-alloj tar-Ramm Aħmar – Nikil 70/0 meta jkun hemm
kuntatt mal-ilma baħar. Biex tnaqqas kemm jista' jkun it-tħassir galvaniku u
tipprovdi l-ikbar protezzjoni kontra t-tħassir tal- kulers tiegħek, hu rrakkomandat
bl-akbar qawwa li s-sezzjoni tal-pajp tal-ħadid (tul ta' aktar minn 00 mm) tkun
ikkonnettjata viċin kemm jista' jkun mal-konnessjoni tal-inlet tal-ilma tal-pakkett
tal-kompressur tal-arja. Il-pajp tal-ħadid ser jagħmilha ta' anojd sagrifiċjali għat-tubi
tar-Ramm Aħmar – Nikil u għalhekk wieħed irid jara li jkun hemm manutenzjoni u
tibdil regulari tal-oġġett. Għal din ir-raġuni is-sezzjoni tat-tubu tal-ħadid għandha
tkun stallata biex tkun tista' tinbidel faċilment (p.e. b'ġojnt ta' unjin).
Il-kompressur tal-arja għandu normalment valv tas-solenojd magħluq li hu
ffittjat man-naħa tal-owtlet tal-ilma, ġewwa l-pakkett. Il-valv hu kkonnettjat
bil-wajer fiċ-ċirkuwitu tal-kontroll tal-kompressur tal-arja u jagħlaq meta
l-kompressur jieqaf.
Spezzjona bir-reqqa s-sistema tiegħek tal-ilma qabel ma tistalla l-pakkett tal-
kompressur tal-arja. Ara li l-pajpink ma fihx skejl u depożiti li jistgħu jnaqqsu
l-fluss tal-ilma għall-pakkett tal-kompressur tal-arja. Jekk l-indafa tal-ilma
mhix tal-livell għoli, hu rrakkomandat l-istallar tal-filtrazzjoni fuq il-linja tal-
pajp tal-inlet tal-ilma.
It-tħaddim kif suppost tal-kompressur tiegħek jeħtieġ li l-fluss tal-ilma tat-
tkessiħ elenkati hawn taħt jiġu pprovduti f'temperatura ta' provvista massima
ta' 46° C (115° F). Jekk jogħġbok aral-folji tad-data teknika tal-kompressur għar-
rati tat-tkessiħ tal-fluss ilma.
Gejġis tat-temperatura tal-ilma u tal-pressjon għandhom ikunu stallati
fil-pajpink tal-ilma għall-użu f'każ li jinsab xi difett fis-sistema tal-ilma. Il-
pressjoni tal-ilma għandha tkun idejalment bejn  u 5 bar (4.5 u 72.5 psi)
imma ma tridx tkun aktar minn 10 bar (145 psi).
Hu importanti ħafna li l-ilma jkun nadif. It-tindif tal-kulers frott ta' ħmieġ taqa'
fuq spallejn il-klijent. Mela, hu rrakkomandat ħafna li l-kwalità tajba tal-ilma
trid tissodisfa l-kondizzjonijiet elenkati fir-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-
KWALITÀ TAL-ILMA aktar tard f'din is-sezzjoni.
Ivventjar tas-sistema tal-ilma
L-arja għandha tkun ivventjata minn naħa tal-ilma tas-sistema biex tevita
operat ta' livell baxx u l-martell tal-ilma. Peress li l-kompressur tal-arja juża
skambjaturi differenti tas-sħana dejjem jiddependi mill-għażla tiegħek ta'
sistema ta' "ilma frisk imkessaħ" jew "ilma mkessaħ Aħrax", il-proċedura tal-
ventink hi differenti. Ara li tuża l-proċedura korretta ta' hawn taħt.
Kulers tal-ilma frisk (skambjaturi tas-sħana tal-plejt ibbreżjat):
1.
Skonnettja il-valv tat-twaqqif tal-ilma fil-linja tal-owtlet tal-ilma tal-
kompressur.
2.
Iftaħ il-valv valvijiet(s) tal-ilma tal-inlet biex tħalli l-ilma jgħaddi
għall-pakkett.
.
Ħalli l-arja kollha tiskappa mis-sistema u l-ilma jkun osservat fil-port
tal-owtlet tal-ilma.
4.
Ikkonnettja l-valv tal-istop tal-ilma.
Kulers tal-ilma aħrax (skambjaturi tas-sħana tal-qoxra u tat-tubu):
1.
Sib il-viti tal-vent tas-sistema tal-ilma fuq l-kuler ta' wara u l-kuler
taż-żejt.
2.
Iftaħ il-valv valvijiet(s) tal-ilma biex tħalli l-ilma jgħaddi għall-pakkett.
.
Iftaħ il-viti tal-vent u ħalli l-arja kollha tiskappa mis-sistema. Meta
tara l-ilma fil-viti tal-vent, agħlaqhom.
80447188 Rev B
AVVIŻ
L-iddrenjar ta-sistema tal-ilma
Jekk ikun hemm bżonn tiddrenja kompletament is-sistema tal-ilma, uża l-
proċeduri li ġejjin li huma speċifiċi għall-għażla tal-ilma mkessaħ li għandek.
Kulers tal-ilma frisk (skambjaturi tas-sħana tal-plejt ibbreżjat):
1.
Skonnettja l-linja tal-ilma tal-inlet mill-konnessjoni li tinsab fuq in-
naħa ta' wara tal-unit.
2.
Skonnettja il-valv tat-twaqqif tal-ilma fil-linja tal-owtlet tal-ilma tal-
kompressur.
.
Ħalli s-sistema tiddrenja għal kollox.
Kulers tal-ilma aħrax (skambjaturi tas-sħana tal-qoxra u tat-tubu):
1.
Skonnettja l-linji tal-ilma tal-inlet u tad-disċarġ mill-konnessjonijiet
li jinsabu fuq in-naħa ta' wara tal-unit.
2.
Sib l-kuler ta' wara u l-kuler taż-żejt. Neħħi l-plaggijiet tad-drejn li
jinsabu fil-qiegħ tal-kulers.
.
Iftaħ il-portijiet tal-vent fuq in-naħa ta' fuq tal-kuler ta'wara u l-kuler
taż-żejt
4.
Ħalli s-sistema tiddrenja għal kollox.
Aġġustar tal-valur tat-trimm tal-afterkuler
Ara d-dijagrama tal-pajpink u tal-instrumentazzjoni provduti separatament
minn dan il-manwalIl-kulers huma ppajpjati f'arranġament tal-fluss
tal-ilma "parallel" b'valv ta' trimm manwali li jikkontrolla l-fluss permezz
tal-kulerta'wara. Il-Valv tat-Trimm tal-Afterkuler hu ssettjat fil-fabbrika u
mhemmx bżonn ikun aġġustat imma jekk ikun iddisturbat uża l-proċedura li
ġejja.
1.
Agħlaq il-valv kompletament b'tidwira lejn il-lemin u imbagħad
iftaħ b'żewġ dawriet sħaħ.
2.
Bil-magna qed taħdem mgħobbija osserva l-pakkett tat-temperatura
tad-disċarġ fuq id-displaj tal- mikrokontrolluri. Hija għandha tkun
madwar 15° F (8° C) fuq it-temperatura tal-inlet tal-ilma.
.
Jekk it-temperatura hi għolja żżejjed, iftaħ il-valv bi kwart ta' dawra
u stenna minuta. Jekk it-temperatura hi baxxa żżejjed, agħlaq
il-valv ¼ bi kwart ta' dawra u stenna minuta. Irrepeti b'movimenti
inkrimentali sakemm tintlaħaq it-temperatura mixtieqa.
4.
Poġġi lajbil "Twissija – Taġġustax" fuq il-valv jew iffittja katnazz.
Kwalità ta' rakkomandazzjonijiet tal-Ilma
Il-kwalità tal-ilma spiss tiġi injorata meta s-sistema tat-tkessiħ tal-kumpressur
tat-tkessiħ tal-arja bl-ilma jiġi eżaminat. Il-kwalità tal-ilma jiddetermina kemm
hija effettiva r-rata tat-trasferiment tas-sħana, kif ukoll ir-rata tal-fluss għandha
tibqa' matul il-ħajja tal-junit. Għandu jiġi nnutat li l-kwalità tal-ilma wżat fi
kwalunkwe sistema tat-tkessiħ ma tibqax kostanti matul l-operazzjoni tas-
sistema. Evaporazzjoni, korrużjoni, kimiċi ubidliet fit-temperatura, arjazzjoni,
l-iskala u l-formazzjonijiet bijoloġiċi jaffettwaw l-għamla tal-ilma. Ħafna
mill-problemi f'sistema tat-tkessiħ jidhru l-ewwel bħala tnaqqis fir-rata ta'
trasferiment tas-sħana, imbagħad fir-rata tal-fluss imnaqqas jew waqgħa fil-
pressjoni miżjuda, u finalment bi ħsara għas-sistema.
Skala: Formazzjoni tas-kala tinibixxi t-trasferiment effettiv tas-sħana, iżda
ma tgħinx fil-prevenzjoni tal-korrużjoni. Għalhekk, kisja rqiqa uniformi
ta' karbonat tal-kalċju hija mixtieqa fuq il-wiċċ ta' ġewwa. Forsi l-akbar
kontributur għall-formazzjoni tal-iskala hija l-preċipitazzjoni tal-karbonat
tal-kalċju barra mill-ilma. Dan huwa dipendenti fuq it-temperatura u l-livell
tal-pH. L-ogħla valur tal-pH, l-aktar iċ-ċans ta' formazzjoni fl-iskala. L-iSkala
tista' tiġi kkontrollata bit-trattament tal-ilma.
Korrużjoni: B'kuntrast għall-formazzjoni tal-iskala hija l-problema ta'
korrużjoni. Kloridi jikkawżaw problemi minħabba d-daqs tagħhom u
konduttività. Livelli baxxi ta' pH jippromwovu korrużjoni, kif ukoll livelli għolja
ta' ossiġnu maħlul.
Fouling: Sustanzi bijoloġiċi u organiċi (ħama) jistgħu wkoll jikkawżaw
problemi, iżda f'ambjenti ta' temperatura elevata bħala tali tkessiħ proċessi
ma jkunux ta' tħassib kbir. Jekk huma joħolqu problemi bl-imblukkar, it-
trattamenti xokk kummerċjali huma disponibbli.
Biex tiġi żgurata ħajja tajba ta' operazzjoni u prestazzjoni tas-sistema tal-
kompressur li jkessaħ, l-iskali aċċettabbli rrakkomandati għall-kostitwenti
tal-ilma differenti huma inklużi hawn taħt:
MT
MT-9
loading

Diese Anleitung auch für:

R37R45R55R75R90R110 ... Alle anzeigen