93014.15.12
Mudelli tal-makkinarju li jinsabu f' dan il-manwal jistgħu jiġu wżati ġewwa diversi lokazzjonijiet madwar id-dinja. Magni mibjugħa u trasportati lejn pajjiżi tal-
Komunità Ewropea għandhom juru l-marka KE u jikkonformaw ma' diversi direttivi. F'tali sitwazzjonijiet, l-ispeċifikazzjoni tad-disinn ikun ġie ċċertifikat diġa`
bħala konformi mad-direttivi ta' l-EC. Kull modifika ta' xi parti ta' dan il-manwal huwa assolutament ipprojbit u r-riżultat ta' dan ikun illi ċ-certifikat taċ-CE jiġi
invalidat.
Il-kontenut ta' dan il-manwal huwa meqjus bħala l-proprjeta` ta' u kunfidenzjali lil Ingersoll Rand u m'għandux jiġi riprodott mingħajr il-permess bil-miktub
ottenut minn qabel minn Ingersoll Rand.
Xejn minn dak li jinsab f'dan id-dokument ma huwa intiż sabiex jestendi xi wegħda, garanzija jew rappreżentazzjoni, espressa jew taċita, rigward il-prodotti
Ingersoll Rand hemm ġew deskritti. Kull tali garanziji jew kundizzjonijiet oħra ta' bejgħ ta' prodotti għandu jkun skond il-kundizzjonijiet standard ta' bejgħ ta'
tali prodotti, li huma disponibbli jekk mitluba.
Ingersoll Rand tirriżerva d-dritt li teffettwa tibdiliet jew miljoramenti mingħajr pre-avviż u mingħajr ma tkun obbligata li teffetwa tali tibdiliet jew miljoramenti
fuq prodotti li jkun mibjugħa preċedentement.
Id-dettalji tat-tagħmir approvat huwa disponibbli mid-dipartimenti tas-Service Ingersoll Rand.
Il-kumpanija ma taċċetta ebda responsabilita` għal żbalji fit-traduzzjoni ta' dan il-manwal mill-verżjoni oriġinali bl-Ingliż.
Id-disinn ta' dan il-pakkett tal-Kumpressur u ċerti karatteristiċi fih huma koperti minn brevetti miżmuma mill Ingersoll Rand u brevetti pendenti .
Il-Kumpanija tiggarantixxi li l-apparat immanifatturat u minnha ikkunsinnat ikun ħieles minn kull difett fil-materjal u l-arti u s-sengħa għall-perijodu ta'
tnax-il xahar li jiddekorru mid-data li fiha jiġi installat l-apparat biex jiffunzjona jew tmintax-il xahar mid-data ta' l-ispedizjoni tagħha mill-fabbrika, skond
liema perijodu isseħħ l-ewwel. Il-Kumpratur huwa obbligat illi jirrapporta bil-miktub lill-Kumpanija kwalunkwe nuqqas ta' konformita` ma' din il-garanzija,
fil-perijodu imsemmi, imbagħad il-Kumpanija, fid-diskrezzjoni tagħha, tikkoreġi dan in-nuqqas ta' konformita` billi ssewwi dan l-apparat jew, tforni parti
sostituta F.O.B. punt ta' ġarr, b' kundizzjoni li l-Kumpratur ikun ħażen, installa, ħa ħsieb u opera dan l-apparat skond il-konswetudnijiet xierqa ta' l-industrija
u jkun ikkonforma ruħu ma' rakkomandazzjonijiet specifiċi tal-Kumpanija. Aċċessorji u apparat forniti mill-Kumpanija iżda immanifatturati minn oħrajn,
ikollhom kwalunkwe tip ta' garanzija li dawn ikunu ttrasmettew lill-Kumpanija u li jistgħu jiġu mgħoddija lill-Kumpratur. Il-Kumpanija ma hiex responsabbli
għal riparazzjonijiet, sostituzzjonijiet, jew aġġustamenti lill-Apparat jew spejjeż għal xi xogħol ta' l-idejn li jagħmel il-Kumpratur jew xi ħaddieħor mingħajr
l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kumpanija.
L-effetti tal-korrużjoni, tgħawwir u tmermir normali huma speċjalment esklużi. Il-garanziji għall-eżekuzzjoni huma limitati għal dawk li huma msemmija
b'mod speċifiku fil-proposta tal-Kumpanija. Sakemm ir-reponsabbilita` sabiex jintlaqgħu dawn il-garanziji għall-eżekuzzjoni huma limitati minn test speċifiċi,
l-obbligazzjoni tal-Kumpanija tinkludi li tikkorreġi b'mod u manjiera u f'perijodu kif inhu hawn fuq indikat.
IL-KUMPANIJA MA TAGHTI L-EBDA GARANZIJA OHRA JEW RAPPREŻENTAZZJONI TA' KULL XORTA KWALSIASI, ESPRESSIVA JEW TACITA, MINNBARRA DIK TA'
TITOLU, U KULL GARANZIJI TACITI TA' BEJGĦ FIS-SUQ JEW LI JKUN ADEGWAT GĦALL-UŻU PARTIKOLARI, HUMA HAWNHEKK IMĊAĦDIN.
Korrezzjoni ta' nuqqas ta konformita` mill-Kumpanija, kemm ta' natura ovvja kif ukoll ta' dik moħbija, b'mod u għal perijodu kif inhu hawn fuq indikat,
jinkludu l-eżekuzzjoni ta' kull responsabbilta` għal dawn in-nuqqasijiet min-naħa tal-Kumpanija sew jekk dawn huma bbażżati fuq kuntratt, garanzija għal
negliġenza, indennizz, responsabbilta` stretta kif ukoll b'referenza jew ġejja minn dan l-Apparat.
Il-Kumpratur m'għandux jopera Apparat li huwa ikkonsidrat bħala difettuż mingħajr ma jinnotifika lill-Kumpanija bl-intenzjoni tiegħu li jużah xorta bil-
miktub. Dan it-tip ta' użu tal-Apparat jieħu riskju u jkun responsabbli għalih il-Kumpratur waħdu.
Innota li dan huwa standard ta' garanzija ta'Ingersoll RandKwalunkwe garanzija in vigore fil-mument tax-xiri tal-kumpressur jew innegozjata bħala parti
mill-ordni jista' jkollha preċedenza fuq din il-garanzija.
3AVVIŻI U ĊAĦDIET
GARANZIjA