Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Rekordjar Ta' Ħsejjes U Ecgs - Eko DUO Benutzerhandbuch

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für DUO:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Elettrodi
3.3 Rekordjar ta' Ħsejjes u ECGs
Biex tirrekordja l-ħsejjes u l-ECGs, DUO jista'
jintuża f'diversi partijiet u orjentazzjonijiet tas-sider.
Kull pożizzjoni se tipproduċi ħoss tal-qalb u traċċar
tal-ECG uniċi.
Awdjo
Dijaframma
Irrekordja l-ħsejjes billi tpoġġi d-DUO fi kwalunkwe
parti fuq il-ġisem. Għall-aħjar awdjo, agħfas l-apparat
sew mal-ġilda biex tiżgura kuntatt tajjeb.
ECG
Irrekordja s-sinjal tal-ECG billi tpoġġi d-DUO fuq
is-sider. Pożizzjoni waħda li taħdem sew hija fuq
il-muskolu pettorali tax-xellug, iċċentrat taħt il-klavikola
u angolat fi grad ta' 45°, kif muri fl-illustrazzjoni ta'
hawn taħt. Jekk il-pazjent ikollu ġilda partikolarment
xotta, ammont sinifikanti ta' xaħam tal-ġisem jew suf
fuq is-sider, il-ġell konduttur użat ma' sistemi oħra
tal-ECG jista' jiġi applikat għall-elettrodi ta' DUO biex
tittejjeb il-kwalità tas-sinjal tal-ECG.
Tqegħid
DUO jistrimja ECG ta' lead waħda. L-aħjar tqegħid
jista' jvarja.
L-elettrodi tal-ECG għandhom jitqiegħdu fuq
il-ġilda.
DUO jista' jintuża wkoll biex jistudja l-askultazzjoni
fil-pożizzjonijiet anatomiċi kollha.
DUO - Manwal għall-Utent Pġ 11
Quddiem:
Pożizzjonijiet ta'
Askultazzjoni Kardijaka
Wara:
Pożizzjonijiet ta'
Askultazzjoni Pulmonari
Tqegħid
It-tikek ta' hawn fuq jindikaw pożizzjonijiet ta'
tqegħid ta' DUO ġeneralment aċċettati biex
wieħed jisma' l-qalb (quddiem) u l-pulmun
(wara). DUO huwa sensittiv għall-vibrazzjoni
u għall-istorbju tal-idejn. Tinsiex tapplika
pressjoni soda u kostanti mal-ġisem biex
tiżgura kuntatt tajjeb.

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Verwandte Produkte für Eko DUO

Inhaltsverzeichnis