Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Privatezza Tal-Pazjent; Kontenut U Tħaddim - Eko DUO Benutzerhandbuch

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für DUO:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

1.11 Privatezza tal-Pazjent

Il-privatezza tal-informazzjoni dwar is-saħħa
tal-pazjent tista' tkun protetta minn liġijiet statali,
federali, jew internazzjonali/barranin li jirregolaw kif
tista' tintuża, tinħażen, tiġi trażmessa, u tiġi divulgata
tali informazzjoni. Is-sistema Eko tuża karatteristiċi
ta' sigurtà li huma konformi mal-politiki tal-HIPAA.
L-aċċess ta' partijiet terzi għal tali informazzjoni jista'
jkun ipprojbit mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni
bil-miktub mill-pazjent.
L-utent huwa responsabbli bis-sħiħ li jifhem u jsegwi
l-liġijiet kollha li jirregolaw il-ħżin, it-trażmissjoni,
u d-divulgazzjoni ta' kwalunkwe data elettronika
tal-pazjent permezz tal-użu tas-software. Jekk l-utent
ma jkunx jista' jikkonforma ma' liġi jew restrizzjoni
li tapplika għall-użu u d-divulgazzjoni ta' tali data,
l-utent m'għandux ikompli jiġbor jew jissejvja
tali informazzjoni.
Din l-applikazzjoni tista' teħtieġ id-dħul ta'
informazzjoni dwar is-saħħa individwalment
identifikabbli sabiex tiffunzjona. Ir-rekords jinħażnu
u jittellgħu permezz tal-użu tal-isem tal-pazjent,
id-data tat-twelid, u/jew in-numru tal-ID tal-
pazjent. Billi jdaħħal din l-informazzjoni, l-utent
jassumi responsabbiltà għal kwalunkwe u kull riskju
u obbligazzjoni mġarrba bl-użu jew bit-trażmissjoni
ta' tali informazzjoni.
1.12 Kontenut u Tħaddim
Dan il-pakkett jinkludi:
• Eko DUO 1
• Pad tal-Iċċarġjar tal-Kuntatt Mingħajr Fili 1
• Adapter tal-Elettriku ta' 5W / 2A tal-USB 1
• Kejbil Micro USB għal USB 1
• Eko EARPIECE 1
• 6 Kuxxini tal-Widnejn tal-Gomma tas-Siliċju
• Kard ta' Struzzjonijiet Biex Tibda 1
Għall-funzjonalità sħiħa, is-sistema tirrikjedi li
l-utenti jqabbdu d-DUO tagħhom ma' apparat
tal-mowbajl intelliġenti li jista' juża l-Internet bl-użu
tal-Applikazzjoni ta' Eko (mhux inkluż). L-applikazzjoni
hija appoġġjata fuq ħafna apparati tal-mowbajl ta'
Apple® u Android™.
NOTA: DUO jista' jintuża ma' tagħmir tal-awdjo
ieħor jew headphones permezz tal-ġakk tal-awdjo
ta' 3.5 mm. Madankollu, ma hija ddikjarata l-ebda
garanzija tal-prestazzjoni bl-użu ta' prodotti
tal-awdjo oħra.
Rekwiżiti tas-Sistema
Is-software tal-applikazzjoni tal-mowbajl jista' jintuża
ma' iPhone® 5S u mudelli aktar riċenti, iPad Mini™ 2, 3,
iPad Air®/Air 2, u iPad® tat-tielet u r-raba' ġenerazzjoni
b'iOS 11.0+.
Is-software tal-applikazzjoni tal-mowbajl jista' jintuża
ma' Android OS 8 u ogħla.
DUO juża Bluetooth® LE; l-apparat tal-mowbajl użat
għandu jkun kompatibbli ma' Bluetooth® LE.
Apple®, iPhone®, iPad®, iPad Air®, u iPad Mini™ huma
trademarks irreġistrati ta' Apple, Inc.
Android hija trademark ta' Google LLC.
Bluetooth® hija trademark irreġistrata ta' Bluetooth SIG, Inc.
DUO - Manwal għall-Utent Pġ 7

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Verwandte Produkte für Eko DUO

Inhaltsverzeichnis