Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Eko DUO Benutzerhandbuch Seite 506

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für DUO:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Werrej
1.1 Indikazzjonijiet għall-Użu
......................................pġ 2
1.2 Introduzzjoni, Twissijiet, u Sigurtà
...................pġ 2
3.3 Rekordjar ta' Ħsejjes u ECGs ..............................
4.1 Kundizzjonijiet ta' Tħaddim ................................
5.1 Użu tal-Applikazzjoni ta' Eko .............................
u Regolatorja ...............................................................
1.1 Indikazzjonijiet għall-Użu
Is-Sistema Eko DUO hija maħsuba biex tintuża
mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex b'mod
elettroniku jamplifikaw, jiffiltraw u jittrasferixxu
l-ħsejjes tal-ġisem u l-forom ta' mewġa tal-
elettrokardjogramma (ECG) b'kanal wieħed.
Is-Sistema Eko DUO turi wkoll forom ta' mewġa
tal-ECG u forom ta' mewġa tal-fonokardjogramma
fuq l-applikazzjoni tal-mowbajl korrispondenti
biex tkun tista' tinħażen u tiġi kondiviża (meta tiġi
preskritta jew tintuża taħt id-direzzjoni ta' tabib).
Tista' tintuża biex jiġu rrekordjati l-ħsejjes tal-qalb
u ħsejjes kardijaċi mhux normali, ħsejjes tad-demm,
ħsejjes respiratorji, u ħsejjes addominali waqt eżami
fiżiku f'pazjenti normali jew dawk b'mard suspettat
tas-sistemi tal-organi kardijaċi, vaskulari, pulmonari
jew addominali. L-apparat jista' jintuża fuq adulti u tfal.
Id-data li joffri l-apparat hija sinifikanti biss meta
tintuża flimkien mal-interpretazzjoni tat-tabib kif ukoll
meta titqies data rilevanti oħra tal-pazjent.
L-apparat m'għandux jintuża fi trabi li jiżnu inqas
minn 10 kg.
DUO - Manwal għall-Utent Pġ 2
1.2 Introduzzjoni, Twissijiet, u Sigurtà
Is-Sistema Eko DUO hija ddisinjata biex tappoġġja
lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa fl-analiżi ta'
ħsejjes kardijaċi u ta' organi interni oħra. Is-Sistema
Eko DUO tinkludi apparat li jirrekordja l-ħsejjes
tal-qalb u l-qari tal-ECG (hawnhekk imsejjaħ DUO),
applikazzjoni tal-ismartphones (Applikazzjoni),
u applikazzjoni fuq il-web (Dashboard).
DUO jinkludi t-trażmissjoni tal-awdjo u tad-data
tal-ECG permezz tal-Bluetooth li tippermetti
lill-utent jisma' l-ħsejjes u jara l-fonokardjogrammi
(PCG) u l-elettrokardjogrammi (ECG) f'applikazzjoni
tal-mowbajl fuq smartphones u tablets kompatibbli
ta' iOS u Android. L-applikazzjoni tagħmilha possibbli
li jiġu ssejvjati r-recordings tal-awdjo u l-forom ta'
mewġa (PCG u ECG), li jinqasmu r-rekords tal-
pazjenti ma' prattikanti oħra, u li jsiru annotazzjonijiet
fuq l-awdjo rrekordjat. DUO huwa maħsub għall-użu
fuq pazjenti pedjatriċi u adulti. L-apparat mhuwiex
maħsub għal trabi li jiżnu inqas minn 10 kg.
ATTENZJONI: Il-liġi federali (tal-Istati Uniti tal-Amerka)
tillimita dan l-apparat għall-bejgħ lil jew fuq l-ordni ta'
professjonist mediku liċenzjat.

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Verwandte Produkte für Eko DUO

Inhaltsverzeichnis