Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken
Vorschau ausblenden Andere Handbücher für DUO:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

1.5 Attenzjoni

• Biex tnaqqas ir-riskju ta' interferenza
tal-apparat, żomm DUO mill-inqas 2 metri 'l
bogħod mill-emitturi RF kollha inklużi r-routers
tal-WiFi u r-radjijiet waqt it-tħaddim jew
l-iċċarġjar.
• Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' infezzjoni
segwi l-istruzzjonijiet kollha tat-tindif u d-diżinfettar
inklużi f'dan il-manwal. Stabbilixxi u segwi skeda
ta' tindif u diżinfettar wara kull użu.
• Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-akkwist
ta' data mhux preċiża, aħżen u ħaddem dan
l-apparat biss skont kif indikat f'dan il-manwal.
Huwa rakkomandat li l-batterija tiġi ċċarġjata
mill-ġdid fi żmien tletin minuta minn meta
l-indikatur LED jinbidel għal aħmar. Iċċarġja
l-batterija biss bl-użu tal-pad tal-iċċarġjar
mingħajr fili pprovdut mal-apparat.
• TGĦADDASX l-apparat f'likwidu u tgħaddihx
mill-ebda proċess ta' sterilizzazzjoni minbarra
dawk deskritti f'dan il-manwal. L-apparat
mhuwiex sterili.
• Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' kampi
elettromanjetiċi b'saħħithom ħafna, evita li tuża
l-apparat qrib sinjali ta' frekwenza tar-radju (RF)
qawwija jew ta' apparati portabbli u/jew mobbli
ta' RF. Jekk jinstemgħu ħsejjes f'daqqa jew mhux
mistennija, imxi 'l bogħod minn kwalunkwe
antenna li tittrażmetti r-radju. L-użu ta' aċċessorji,
transdjusers, u kejbils li ma jiġux prodotti minn
Eko jista' jirriżulta f'żieda fl-emissjonijiet ta' RF jew
tnaqqis fl-immunità.
• Jekk jogħġbok aqra, ifhem u segwi
l-informazzjoni kollha dwar is-sikurezza
li tinsab f'dawn l-istruzzjonijiet qabel ma tuża
DUO. Huwa rakkomandat li dawn l-istruzzjonijiet
jinżammu għal referenza futura.
• DUO fih link ta' data ta' Klassi 2 tal-Bluetooth
mingħajr fili. Il-qawwa massima tal-kamp tal-
frekwenza tar-radju ġġenerata mill-apparat hija
inqas minn tliet volts għal kull metru, livell li huwa
kkunsidrat sikur għall-użu ma' apparat mediku
ieħor. Madankollu, l-awdjo, il-vidjo u tagħmir
simili ieħor jistgħu jikkawżaw interferenza
elettromanjetika. Jekk jinstab apparat bħal dan
u jikkawża interferenza, ċaqlaq DUO minnufih 'il
bogħod minn dan l-apparat u/jew ITFI l-funzjoni
tal-Bluetooth tal-apparat li jikkawża interferenza.
• Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-
kontaminazzjoni ambjentali segwi
r-regolamenti applikabbli meta tarmi dan
l-apparat. DUO fih batterija li tista' tiġi ċċarġjata;
jekk jogħġbok armi l-apparat kif mitlub
mid-direttivi lokali.
• Ma hija permessa l-ebda modifika ta' dan
it-tagħmir. Ma hemm l-ebda parti li tista' tiġi
msewwija ġewwa DUO.
• Xerred kwalunkwe elettriku statiku qabel ma
tuża l-unità.
• Twissija: Mhux sikur għall-MR! Tesponix
l-apparat għal ambjent ta' reżonanza manjetika
(MR). L-apparat jista' joħloq riskju ta' korriment
minn projettili minħabba l-preżenza ta' materjali
ferromanjetiċi li jistgħu jinġibdu mill-qalba
tal-kalamita tal-MR. Jista' jkun hemm korriment
termali u ħruq minħabba l-komponenti tal-metall
tal-apparat li jistgħu jisħnu waqt l-iskennjar
bl-MR. L-apparat jista' jiġġenera artefatti
fl-immaġni tal-MR. L-apparat jista' ma jaħdimx
kif suppost minħabba l-kampijiet manjetiċi
u tal-frekwenza tar-radju qawwija ġġenerati
mill-iskener tal-MR.
DUO - Manwal għall-Utent Pġ 4
• Dan l-apparat ma jidentifikax jew ma jitkejjilx
il-bidliet kollha fir-rata tat-taħbit tal-qalb, fir-ritmu
tal-qalb u fil-forma ta' mewġa tal-qalb.
• L-apparat ma ġiex ittestjat għall-użu fi trabi
li jiżnu inqas minn 10 kg.
• Il-partijiet kondutturi tal-elettrodi u l-konnetturi
assoċjati għall-Partijiet Applikati tat-Tip BF, inkluż
l-elettrodu newtrali, m'għandhomx jiġu f'kuntatt
ma' partijiet kondutturi oħrajn inkluż l-ert.
• Tużax DUO waqt li jkun qed jiċċarġja.
• Tużax fuq pazjenti b'pacemakers tal-qalb jew
b'apparat elettroniku impjantat ieħor.
• Jekk jintuża fuq parti tal-ġisem b'ammont
sinifikanti ta' xaħam, suf tal-ġisem, jew ġilda
xotta ħafna, jista' ma jkunx possibbli li r-rekordjar
isir b'suċċess.
• Tużax DUO waqt li tkun qed tiċċarġja l-apparat
tal-mowbajl tiegħek, għax dan jikkawża
interferenza elettrika mas-sinjal tal-ECG.
• Taħżinx DUO f'kundizzjonijiet sħan ħafna, kesħin,
umdi jew imxarrbin.
• Tesponihx għal kampi elettromanjetiċi qawwija.
• Tużahx bħala l-unika bażi għal deċiżjonijiet dwar
il-medikazzjoni jew it-trattament.
• M'għandekx tirrekordja jekk l-elettrodi jkunu
maħmuġin. L-ewwel naddafhom, skont
l-istruzzjonijiet dwar it-tindif f'dan il-Manwal
għall-Utent.
• Tużax DUO fuq ġilda maqsuma jew fuq
partijiet b'ferita.

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Verwandte Produkte für Eko DUO

Inhaltsverzeichnis