Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Tindif; Prekawzjonijiet - Eko DUO Benutzerhandbuch

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für DUO:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

1.9 Tindif

Biex tiżgura rekordjar xieraq tal-ECG u tal-PCG,
naddaf l-elettrodi b'soluzzjoni tat-tindif ibbażata fuq
l-alkoħol qabel l-użu.
Proċedura ta' Tindif u Diżinfettar
L-apparat u l-earpieces għandhom jitnaddfu bejn
kull użu minn pazjent. Japplikaw l-istruzzjonijiet kollha
tat-tindif li għandhom x'jaqsmu mal-istetoskopji
u mal-unitajiet tal-ECG b'mod ġenerali.
Taħt kundizzjonijiet normali mhuwiex meħtieġ
li l-apparat jiġi sseparat mill-earpieces għat-tindif.
Il-partijiet esterni kollha tal-hardware jistgħu jitnaddfu
b'wajps ta' 70% alkoħol isopropiliku.
NOTA: TGĦADDASX l-apparat fi kwalunkwe likwidu
jew tagħmlu soġġett għal kwalunkwe proċess ta'
sterilizzazzjoni bi pressjoni għolja/awtoklava.

1.10 Prekawzjonijiet

L-apparat huwa maħsub li jiġi preskritt minn
professjonisti mediċi liċenzjati. L-apparat jista' jintuża
fuq il-pazjenti waqt valutazzjoni fiżika f'ambjent kliniku
jew minn pazjenti b'riċetta u taħt is-superviżjoni
ta' tabib. Is-sistema tipprovdi sors wieħed ta' data
li huwa sinifikanti biss meta jintuża flimkien mas-
superviżjoni tat-tabib u meta titqies informazzjoni
rilevanti oħra dwar il-pazjent.
DUO għandu jintuża biss minn tobba kwalifikati jew
jiġi preskritt lil pazjenti b'fehim adegwat tal-apparat.
DUO huwa maħsub għall-użu fuq pazjenti li tista'
ssirilhom askultazzjoni normali bi stetoskopju
akustiku.
Dan il-manwal jipprovdi istruzzjonijiet dwar l-użu ta'
DUO u l-Applikazzjoni ta' Eko. Huwa preżunt li l-utent
huwa familjari mal-użu bażiku tal-applikazzjonijiet
tal-mowbajl fuq apparat ta' iOS™ u Android™.
Għandhom jiġu segwiti l-proċeduri standard għall-
askultazzjoni, inkluż it-tnaqqis tal-istorbju fl-isfond
u l-ippożizzjonar bl-aħjar mod tal-pazjent. Il-kwalità
tal-ECG tiddependi minn prattiki ta' preparazzjoni
xierqa li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, it-tnaddif
taż-żona ta' kuntatt u l-użu tal-ġell tal-ECG.
L-apparat juża link ta' data ta' Klassi 2 tal-Bluetooth
mingħajr fili. Il-medda tal-Bluetooth se titnaqqas meta
jkun hemm oġġetti (ħitan, għamara, nies, eċċ.) bejn
DUO u apparat tal-mowbajl akkoppjat. Biex ittejjeb
il-konnessjoni bil-Bluetooth, naqqas id-distanza u/jew
ħalli linja ta' viżjoni bejn DUO u l-apparat tal-mowbajl.
DUO - Manwal għall-Utent Pġ 6
Sabiex jiġu trażmessi ħsejjes u tiġi rrekordjata
l-attività elettrika lill-Applikazzjoni ta' Eko, DUO u
l-apparat tal-mowbajl għandhom ikunu mqabbda
permezz tal-Bluetooth, u sabiex jintużaw bis-sħiħ
ċerti funzjonijiet, l-apparat tal-mowbajl għandu jkun
imqabbad mal-Internet.
Minbarra l-karatteristiċi ta' sigurtà inkorporati
fis-sistema, huwa rrakkomandat ħafna li l-utenti tal-
applikazzjoni tal-mowbajl u tad-dashboard tal-web
jużaw karatteristiċi ta' sigurtà tan-networking biex
jipproteġu d-data tal-pazjent maħluqa u maħżuna
bl-użu ta' dan is-software. Eżempji komuni jinkludu
passwords b'saħħithom, awtorizzazzjoni bijometrika,
awtentikazzjoni b'żewġ fatturi, u kriptaġġ bil-VPN
meta disponibbli.
DUO mhuwiex maħsub biex jintuża flimkien ma'
AMBJENTI B'AMMONT KBIR TA' OSSIĠNU.
DUO mhuwiex maħsub biex jintuża ma' anestetiku
li jaqbad.
DUO mhuwiex maħsub biex jintuża ma' sustanzi
li jaqbdu.
AVVIŻ: Uħud mill-karatteristiċi tal-Applikazzjoni ta' Eko
jeħtieġu veloċità minima tal-konnessjoni tal-Internet.
Il-veloċità tal-upload minima rakkomandata għall-
applikazzjoni tal-mowbajl hija ta' 4000 Kbps. Huwa
rakkomandat li jintuża servizz tad-data ċellulari tal-4G
jew simili għall-applikazzjoni.
L-applikazzjoni tista' tintuża biex tara l-forom
ta' mewġa u t-traċċaturi mingħajr konnessjoni
tal-Internet, madankollu hija meħtieġa konnessjoni
tal-Internet biex tiġi ssejvjata d-data.

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Verwandte Produkte für Eko DUO

Inhaltsverzeichnis