18. Ċibersigurtà
Eko hija impenjata li tissalvagwardja ċ-ċibersigurtà tal-apparat billi
tistabbilixxi programm attiv ta' monitoraġġ taċ-ċibersigurtà. L-apparat CORE™
ma jwettaqx skoperta ta' avvenimenti taċ-ċibersigurtà u lanqas illoggjar ta'
avvenimenti għal avvenimenti relatati maċ-ċibersigurtà.
Eko stabbilixxa struzzjonijiet għall-utenti jew il-faċilitajiet tal-
utent dwar ir-rekwiżiti tan-netwerk u tal-konnessjoni. Irreferi għal
https://support.ekohealth.com
L-utenti huma mħeġġa jirrevedu l-istruzzjonijiet għal kwalunkwe azzjoni ta'
sigurtà li l-utent jew il-faċilità tal-utent huma mistennija li jimplimentaw biex
jiżguraw użu sigur tal-apparat CORE™. Irreferi għall-informazzjoni disponibbli
fuq https://support.ekohealth.com dwar l-Amministrazzjoni ta' Eko u Appoġġ
tal-IT.
Jekk ikun instab jew ikun hemm suspett ta' avveniment taċ-ċibersigurtà, jekk
jogħġbok irraporta fuq security@ekohealth.com u privacy@ekohealth.com
19. Privatezza tal-Pazjent
Il-privatezza tal-informazzjoni dwar is-saħħa tal-pazjent tista' tkun protetta
minn liġijiet statali, federali, jew internazzjonali/barranin li jirregolaw kif tista'
tintuża, tinħażen, tiġi trażmessa, u tiġi divulgata tali informazzjoni. Is-sistema
Eko tuża karatteristiċi ta' sigurtà li huma konformi mal-politiki tal-HIPAA.
L-aċċess minn partijiet terzi jista' jkun ipprojbit għal tali informazzjoni mingħajr
ma tinkiseb awtorizzazzjoni bil-miktub mill-pazjent.
L--utent huwa kompletament responsabbli biex jifhem u jsegwi l-liġijiet kollha
li jirregolaw il-ħżin, it-trażmissjoni tal-ħżin, u l-iżvelar ta' kwalunkwe dejta
elettronika tal-pazjent permezz tal-użu ta' softwer. Jekk l-utent ma jkunx jista'
jikkonforma ma' liġi jew restrizzjoni li tapplika għall-użu u d-divulgazzjoni ta'
tali data, l-utent m'għandux ikompli jiġbor jew jissejvja tali informazzjoni.
Din l-applikazzjoni tista' teħtieġ id-dħul ta' informazzjoni dwar is-saħħa
individwalment identifikabbli sabiex tiffunzjona. Ir-rekords jinħażnu u jittellgħu
permezz tal-użu tal-isem tal-pazjent, id-data tat-twelid, u/jew in-numru tal-ID
tal-pazjent. Billi jdaħħal din l-informazzjoni, l-utent jassumi responsabbiltà
għal kwalunkwe u kull riskju u obbligazzjoni mġarrba bl-użu jew bit-
trażmissjoni ta' tali informazzjoni.
Jekk ikun seħħ avveniment ta' ċibersigurtà suspettat, jekk jogħġbok irraporta
fuq security@ekohealth.com u privacy@ekohealth.com
645