Herunterladen Diese Seite drucken

Eko CORE Benutzerhandbuch Seite 630

Modell der 2. generation
Vorschau ausblenden Andere Handbücher für CORE:

Werbung

CORE™ fih link għad-dejta mingħajr fili Bluetooth. Il-qawwa massima
tal-kamp tal-frekwenza tar-radju ġġenerata mill-istetoskopju hija inqas
minn tliet volts għal kull metru, livell li huwa kkunsidrat sikur għall-użu ma'
tagħmir mediku ieħor. Madankollu, l-awdjo, il-vidjo u tagħmir simili ieħor
jistgħu jikkawżaw interferenza elettromanjetika. Jekk tali apparat jinstab
u jikkaġuna interferenza, biegħed immedjatament lil CORE™ minn dak
l-apparat u/jew ITFI l-karatteristika Bluetooth.
Ikkonsulta mat-tobba tiegħek meta tuża l-apparat Eko.
Biex jiġu żgurati ħsejjes ta' kwalità għolja il-post u l-pożizzjoni tat-
tqegħid ta' CORE™ għandhom jitqiesu meta ssir l-askultazzjoni
Biex ittejjeb il-konnessjoni bil-Bluetooth, naqqas id-distanza u/jew ħalli
linja ta' viżjoni bejn it-tagħmir Eko u l-apparat mobbli. Il-medda tal-
Bluetooth se titnaqqas meta jkun hemm oġġetti (ħitan, għamara, nies, eċċ)
bejn it-tagħmir Eko u tagħmir mobbli akkoppjat.
Biex tnaqqas ir-riskju ta' asfissija u strangulazzjoni, kun ċert li
l-komponenti kollha jkunu mwaħħla u maħżuna kif suppost. Żomm 'il
bogħod mit-tfal.
Reazzjoni allerġika: Il-komponenti tal-Istetoskopju Diġitali Eko CORE™
mhumiex magħrufa li jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi. TKOMPLIX tużah
jekk ikollok reazzjoni allerġika għall-materjali tal-apparat jew jekk il-ġilda
tiegħek tidher irritata jew infjammata wara l-użu. Iċċekkja ma' professjonist
fil-kura tas-saħħa qabel terġa' tibda tużah
Twissija: Tużax l-Istetoskopju Diġitali Eko CORE™ f'ambjent
rikk fl-ossiġnu!
6. Konformità mal-EMC
Ċertifikazzjoni Intenzjonali tar-Radjatur tal-FCC
ID tal-FCC: 2ANB3-E6
Dikjarazzjonijiet tal-FCC tal-Istati Uniti
47 CFR Parti 15.105 dikjarazzjoni meħtieġa għall-Klassi B:
Dan it-tagħmir ġie ttestjat u nstab li jikkonforma mal-limiti għal tagħmir
diġitali tal-Klassi B, skont il-parti 15 tar-Regoli tal-FCC. Dawn il-limiti huma
mfassla biex jipprovdu protezzjoni raġonevoli kontra interferenza dannuża
f'installazzjoni residenzjali. Dan it-tagħmir jiġġenera, juża u jista' jirradja
l-enerġija tal-frekwenza tar-radju u, jekk ma jkunx installat u użat skont
l-istruzzjonijiet, jista' jikkawża interferenza dannuża fil-komunikazzjonijiet
bir-radju. Madankollu, m'hemm l-ebda garanzija li ma jkunx hemm
interferenza f'installazzjoni partikolari.
Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza dannuża fir-riċezzjoni
tar-radju jew tat-televixin, li tista' tiġi stabbilita billi t-tagħmir jintefa
u jerġa' jinxtegħel, l-utent huwa mħeġġeġ jipprova jsolvi l-problema tal-
interferenza permezz ta' waħda mill-miżuri li ġejjin jew aktar:
• Orjenta mill-ġdid jew irriloka l-antenna riċevitur.
• Żid is-separazzjoni bejn it-tagħmir u r-riċevitur.
630

Werbung

loading