Herunterladen Diese Seite drucken

Coltene HySolate Dental Dam Clamps Gebrauchsanweisung Seite 132

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 12
Istruzzjonijiet dwar it-Tindif u l-Isterilizzazzjoni:
ATTENZJONI! Tista' ssir il-ħsara lill-klamps jekk ma jintużax deterġent jew soluzzjoni
tat-tindif b'pH newtrali. Armi klamps li jkunu mgħawġa, maqsumin jew imsadda.
Ħasil Preliminari/Tlaħliħ
Laħlaħ u naddaf immedjatament wara l-proċedura. In-nuqqas ta' tindif inaqqas
iż-żmien li ddum isservi l-klamp u jista' jirriżulta fi tbajja' jew korrożjoni. L-apparat
għandu jitlaħlaħ taħt ilma ġieri sħun biex tneħħi l-maġġoranza tad-demm, fluwidi u
tessuti mill-istrument. Jekk l-apparat ma jistax jitnaddaf minnufih, xarrab l-istrumenti
f'soluzzjoni għat-tindif b'pH newtrali bħal BioSonic UC30 jew UC32.
Tindif Ultrasoniku (ippreferut)
Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur rigward it-tindif ultrasoniku. Laħlaħ u
neħħi l-materjal żejjed skont l-istruzzjonijiet tal-Ħasil Preliminari/Tlaħliħ qabel it-tindif
ultrasoniku. Uża soluzzjoni tat-tindif għal użi ġenerali li jkollha pH newtrali bħal, iżda
mhux limitata għal, BioSonic UC30 jew UC32. L-istrumenti kollha għandhom ikunu
mgħaddsa kompletament fil-banju tat-tindif. Strumenti biċ-ċappetti għandhom jitn-
addfu fil-pożizzjoni miftuħa. Għall-ħinijiet tat-tindif, segwi l-istruzzjonijiet elenkati fuq
it-tikketta tas-soluzzjoni tat-tindif. Is-soluzzjonijiet għat-tindif ultrasoniku għandhom
jinbidlu mill-inqas darba kuljum u aktar spiss jekk is-soluzzjoni fit-tank tidher biċ-ċar
li tkun maħmuġa.
Wara t-Tindif Ultrasoniku, laħlaħ l-istrumenti mis-sustanzi tat-tindif. Spezzjona biex
tara li l-fdalijiet kollha tneħħew mill-istrument. Irrepeti jekk ikun hemm bżonn. Agħti
ċans biex l-istrument jinxef.
Tindif Manwali
Dejjem ilbes Tagħmir Personali Protettiv (PPE, Personal Protective Equipment) xieraq
waqt li timmaniġġja tagħmir dentali li jkun intuża. Uża xkupilja tat-tindif iebsa
magħmula min-najlon iebes biex togħrok l-istrument b'attenzjoni. L-użu ta' xkupilja
bil-wajer tal-azzar li ma jissaddadx jew steel wool jagħmel ħsara lill-istrument. Uża solu-
zzjoni tat-tindif b'pH newtrali bħal, iżda mhux limitata għal, BioSonic UC30 jew UC32.
Wara t-tindif manwali, laħlaħ l-istrumenti mis-sustanzi tat-tindif. Spezzjona biex tara
li l-fdalijiet kollha tneħħew mill-istrument. Irrepeti jekk ikun hemm bżonn. Agħti ċans
biex l-istrument jinxef.
Sterilizzazzjoni
ATTENZJONI! Tużax metodi ta' Diżinfettar li jagħmlu użu mill-Kimika jew metodi ta'
Sterilizzazzjoni bil-Kesħa għax dawn il-metodi jistgħu jikkawżaw li l-klamps jieqfu
jiffunzjonaw qabel iż-żmien.
Aċċerta li d-demm, il-fluwidi tal-ġisem li jkunu nixfu u t-tessuti jitneħħew mill-ap-
parat qabel l-isterilizzazzjoni. Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur rigward
l-awtoklavi u aċċerta li t-tagħbija massima ma tinqabiżx.
Hu rakkomandat l-użu ta' boroż tal-isterilizzazzjoni li mbagħad jintremew wara l-użu.
Sterilizza l-Klamps skont il-parametri t'hawn taħt:
Awtoklavar bil-Gravità: 15-il minuta f'temperatura ta' 132ºC / 270ºF
Sterilizzatur Qabel il-Vakwu: 4 minuti f'temperatura ta' 132ºC / 270ºF
Agħti ċans biex l-istrumenti jinxfu. Aċċerta li l-istrumenti jkunu nexfin qabel ma
taħżinhom.
Tbajja'
Minn żmien għal żmien, l-istrumenti jibdlu l-kulur matul il-proċess tat-tindif. Spiss
dan jiġi interpretat, b'mod żbaljat, li jkun sadid. Tbajja' suwed jindikaw li l-pH tas-solu-
zzjoni tat-tindif kien baxx wisq (aċiduż). Tbajja' kannella jindikaw li l-pH tas-soluzzjoni
tat-tindif kien għoli wisq (bażiku). It-tlaħliħ u t-tnixxif kif suppost tal-istrumenti
qabel l-awtoklavar għandu jnaqqas ir-riskju li jittebba' l-istrument. Metalli differenti
għandhom jitnaddfu u jiġu awtoklavati separatament għaliex jekk jitnaddfu jew
jiġu awtoklavati flimkien, dan jista' jikkawża tbajja' galvaniċi fejn kienu qed imissu ma'
xulxin iż-żewġ strumenti.
132

Werbung

loading

Verwandte Produkte für Coltene HySolate Dental Dam Clamps