Herunterladen Diese Seite drucken

Coltene HySolate Dental Dam Clamps Gebrauchsanweisung Seite 129

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 12
Użu Intenzjonat/ Indikazzjonijiet għall-Użu:
Id-Dental Dam Clamps huma maħsuba biex jitpoġġew fuq sinna biex id-dam
dentali tinżamm f'postha.
Kontraindikazzjonijiet:
M'hemm l-ebda kontraindikazzjoni magħrufa.
Utenti Intenzjonati:
• Dentisti
• Assistenti Dentali
Grupp(i) ta' Pazjenti fil-Mira:
Adattati għal kull grupp ta' pazjenti.
Benefiċċji Kliniċi:
Id-Dental Dam Clamps jintużaw flimkien mad-Dental Dam biex jinkisbu
l-benefiċċji kliniċi li ġejjin:
• Aktar viżibilità permezz tal-iżolament tas-sinna/snien
• Tnaqqis fir-riskju li pazjent jaspira jew jibla' l-istrumenti, il-frak tas-snien,
il-mediċini jew is-soluzzjonijiet tal-irrigazzjoni
• Ħolqien ta' żona niexfa fejn issir il-proċedura
• Protezzjoni tat-tessut artab milli jiġi f'kuntatt mal-istrumenti
• Barriera li sservi ta' kontroll għall-infezzjonijiet
Karatteristiċi:
• Magħmula minn Azzar li ma Jissaddadx
• Winged jew Wingless
• Il-Fiesta Clamps huma kkodifikati skont il-kulur biex wieħed ikun jista' jiden-
tifikahom faċilment u huma mmanifatturati b'superfiċje matta biex tnaqqas
id-dija li tiġi emessa
• Il-Wingless clamps għandhom "W" fuqhom biex wieħed ikun jista' jidentifika-
hom faċilment
Riskji Residwi, Twissijiet u Prekawzjonijiet:
Irreferi għas-sezzjoni tat-Twissijiet u l-Prekawzjonijiet biex taqra dwar ir-riskju
assoċjat mal-użu tal-Clamps skont l-Użu Maħsub tagħhom.
Istruzzjonijiet
TWISSIJA! Naddaf u sterilizza l-klamps qabel l-użu skont l-istruzzjonijiet dwar
it-tindif u l-isterilizzazzjoni.
TWISSIJA! Spezzjona l-klamps qabel l-użu biex tara li għandhom tensjoni
xierqa, tara jekk humiex mgħawġa, għandhomx xedd u kedd jew ħsara. Armi
klamps li jkunu mgħawġa, li juru sinjali ta' xedd u kedd jew li jkunu nqasmu.
Il-ħajja tal-klamp tiddependi fuq il-frekwenza tal-użu u l-attenzjoni li tingħata
waqt l-applikazzjoni, it-tindif u l-ħażna. Huwa magħruf li l-klamps jistgħu
jinkisru jew issirilhom il-ħsara meta dawn jintużaw diversi drabi jew bħala
konsegwenza ta' estensjoni żejda jew tindif mhux kif suppost.
Hemm żewġ tipi ta' klamps: bil-ġwienaħ u mingħajr ġwienaħ. Klamps
bil-ġwienaħ ikollhom partijiet ħerġin 'il barra fejn il-morsa, filwaqt li dawk
mingħajr ġwienaħ ma jkollhomx. Il-klamp mingħajr ġwienaħ ikollha "W"
fuqha quddiem in-numru tagħha. Meta jkun hemm "A" wara n-numru, dan
ifisser li tkun klamp b'morsa subġinġivali.
Ġwienaħ
Bow
Morsa
129

Werbung

loading

Verwandte Produkte für Coltene HySolate Dental Dam Clamps