Herunterladen Diese Seite drucken

Coltene HySolate Dental Dam Clamps Gebrauchsanweisung Seite 130

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 12
Manutenzjoni:
Iż-żmien kemm iddum tiffunzjona l-klamp tiddependi fuq kemm-il darba
tintuża u l-attenzjoni li ngħatat waqt l-applikazzjoni, it-tindif u l-ħażna.
• Tgħawwiġx u ddawwarx il-klamp
• Tħallix il-klamps jiġu migrufa minn strumenti oħra
• Meta tuża tekniki ta' sadd li jinvolvu sodium hypochlorite (NaOCl) aċċerta li
l-klamps jitlaħalħu bl-ilma immedjatament wara l-proċedura. Kuntatt fit-tul
ma' sodium hypochlorite jista' jikkawża t-tħaffir tal-klamp li jirriżulta f'ħajja
operattiva sinifikattivament iqsar.
• Naddaf u sterilizza skont l-Istruzzjonijiet dwar it-Tindif u l-Isterilizzazzjoni.
Linji Gwida għas-Selezzjoni tal-Klamp:
Agħżel klamp li żżomm il-kuntatt ma' erba' partijiet tas-superfiċje prossimali
tas-sinna. Jekk klamp tkun kbira wisq, se tagħfas fuq it-tessut artab. Jekk tkun
żgħira wisq, ma taqbadx mas-superfiċje tas-sinna sew, u ma tkunx stabbli.
Kbira Wisq
Żgħira Wisq
Sinna Anterjuri:
Premolar:
Mandibular Molar:
Maxillary Molar:
Sinna li Għadha Tiela':
Sinna bi Struttura
Kompromessa:
Tqegħid tal-Klamp:
Biex tpoġġi l-klamps, hu rakkomandat l-użu tal- Dental Dam Forceps. Irreferi
għall-Istruzzjonijiet għall-Użu tad-Dental Dam Forceps.
Nota: Biex tnaqqas ir-riskju ta' użu ħażin, aċċerta li l-forċipi jkunu qabbdu
il-klamp sew qabel ma tpoġġi l-klamp.
1. Agħżel il-klamp mixtieqa.
2. Orbot is-safety ligation (floss dentali) madwar il-klamp biex tnaqqas ir-riskju
ta' korriment għall-pazjent f'każ li l-klamp tinqala' jew tinkiser.
3. Qiegħed il-klamp biex tieħu idea tal-qagħda sabiex taċċerta li jkun hemm
kuntatt ma' erba' partijiet tas-superfiċje prossimali tas-sinna.
Tajjeb
4. L-ewwel applika l-parti tal-morsa tal-ilsien tal-klamp.
5. Filwaqt li żżomm il-kuntatt mas-superfiċje tal-ilsien, iftaħ il-klamp tant li
taqbeż l-ogħla parti tal-kurvatura tas-sinna (height of contour).
Uża klamp double-bowed (jiġifieri #9).
Uża klamp żgħira, b'morsa dejqa (jiġifieri #00; #2) jew
klamp b'morsa kkurvata (#1) għal maxillary premolar.
Uża klamp b'morsa dejqa (jiġifieri #3; #7).
Uża klamp b'morsa kkurvata (jiġifieri #8; #56).
Uża klamp b'morsa ddisinjata biex toqgħod man-naħa
ta' isfel tal-ħanek, li tkun adatta għad-daqs tal-element li
jassigura l-irbit (jiġifieri #2A, #8A, #14, #14A).
Uża klamp b'morsa bis-snien (# 12A; #13A)
130

Werbung

loading

Verwandte Produkte für Coltene HySolate Dental Dam Clamps