Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M DBI-SALA Nano-Lok XL Bedienungsanleitung Seite 164

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 38
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tal-Irbit tas-Sikurezza hija determinata minn kundizzjonijiet tax-xogħol u
manutenzjoni.Apparat li Awto-Jinġibed Lura Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji ta' spezzjoni, jista' jinżamm fis-servizz
(fiż-żmien il-ħajja massima tal-prodott). Il-ħajja massima tal-prodott ta' SRDs b'linji tas-salvataġġ b'ċinturini tas-
sikurezza tat-tessut mhijiex aktar minn 10 snin mid-data tal-manifattura.
6.0 MANUTENZJONI, SERVIZZ, u ĦAŻNA
6.1
TINDIF: Il-proċeduri tat-tindif għall-SRD huma kif ġejjin:
Naddaf in-naħa ta' barra tal-SRD regolarment billi tuża l-ilma u soluzzjoni ħafifa tas-sapun. Ippożizzjona l-SRD sabiex
l-ilma żejjed jista' jitbattal 'il barra. Naddaf it-tikketti kif meħtieġ.
Naddaf il-linja ta' Salvataġġ b'soluzzjoni tal-ilma u ftit sapun. Laħlaħ u nixxef sew bl-arja. Tipprovax tnixxef malajr
bis-sħana. Il-linja tas-salvataġġ għandha tkun niexfa qabel tħalliha tinġibed lura fil-housing. Akkumulazzjoni
eċċessiva ta' ħmieġ, żebgħa, eċċ. tista' tipprevjeni l-linja tas-salvataġġ milli tinġibed lura kompletament fil-housing u
tista' tikkawża periklu ta' waqgħa mingħajr kontroll.
6.2
SERVIZZ: SRDs ma jistgħux jissewwew. Jekk l-SRD kien suġġett għal waqgħa mingħajr kontroll (free fall) jew l-ispezzjoni
tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi l-SRD mis-servizz u armih (ara "Rimi").
6.3
ĦAŻNA/TRASPORT: Aħżen u ttrasporta l-SRDs f'ambjent frisk, xott u nadif mhux fid-dawl tax-xemx dirett. Evita spazji
fejn jista' jkun hemm fwar kimiku. Spezzjona l-SRD bir-reqqa wara kull perjodu ta' ħażna fit-tul.
6.4
RIMI: Armi l-SRD jekk ġie suġġett għal forzi ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli jew jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni
mhux sigura jew difettuża. Qabel tarmi l-SRD, aqta' l-linja tas-salvataġġ minn nofs jew inkella ddiżattiva l-SRD biex
telimina l-possibilità ta' użu mill-ġdid involontarju.
;
Neħħi kull tikketta tal-RFID imwaħħla qabel tarmi dan il-prodott. Tikketti tal-RFID għandhom jintremew skont ir-
restrizzjonijiet speċifikati f'Sezzjoni 7.
7.0 Tikketta tal-RFID:
7.1
POST: Prodott 3M kopert f'dawn l-istruzzjonijiet tal-utent huwa mgħammar b'Tikketta ta' Identifikazzjoni tal-Frekwenza
tar-Radju (RFID) Tikketti tal-RFID jistgħu jintużaw flimkien mal-Iskener tat-Tikketti tal-RFID għar-reġistrar tar-riżultati
tal-ispezzjoni tal-prodott. Ara Figura 9 għal fejn tinstab it-Tikketta tal-RFID.
7.2
RIMI: Qabel tarmi dan il-prodott, neħħi t-tikketta tal-RFID u armi/irriċikla skont ir-regolamenti lokali. Għal aktar
informazzjoni dwar kif tneħħi t-tikketta tal-RFID, jekk jogħġbok irreferi għal-link tal-website hawn taħt.
Tarmix il-prodott tiegħek bħala skart muniċipali mhux separat. Is-simbolu ta' landa taż-żibel fuq ir-roti maqtugħa
b'salib jindika li l-EEE (Electrical and Electronic Equipment, Tagħmir Elettriku u Elettroniku) irid jintrema skont
il-liġi lokali permezz ta' sistemi tar-ritorn u tal-ġbir disponibbli. Jekk jogħġbok ikkuntattja lin-negozjant tiegħek
jew lir-rappreżentant lokali tiegħek ta' 3M għal aktar informazzjoni.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-websajt tagħna: http://www.3M.com/FallProtection/RFID
8.0 Tikketti
Figura 14 turi t-tikketti tal-Apparat li Awto-Jinġibed Lura u l-postijiet tagħhom It-tikketti kollha jridu jkunu preżenti fuq l-SRD.
Jekk xi tabelli huma neqsin jew mhux leġibbli jridu jiġu sostitwiti. L-informazzjoni pprovduta fuq kull tikketta hija kif ġej:
Tikketta tal-ID
A
1) Spezzjoni t-tagħmir qabel l-użu.
B
2) Spezzjona s-sokor tal-SRD qabel l-użu.
3) Żgura konnessjoni tajba għall-Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu.
4) Għall-użu fil-għoli biss. 140 kg (310 lbs) massimu.
5) Medda tat-Temperatura tas-Servizzi: -40°C sa 60°C (-40°F sa 140°F)
6) Kapaċità Massima: Utent 1, 140 kg (310 lbs) piż kombinat (jinkludi għodod, ħwejjeġ, eċċ.)
7) Dejjem ippermetti l-linja tas-salvataġġ titrembel lura fil-housing tal-SRD b'mod kontrollat.
8) Tipprovax issewwi timmodifika jew iżżarma dan it-tagħmir.
9) Aħżen u ttrasporta l-SRDs f'ambjent frisk, xott u nadif mhux fid-dawl tax-xemx dirett.
10) Tużax dan it-tagħmir fuq truf ippuntati jew uċuħ li joborxu. Ara Sezzjoni 1.4.
11) Tgħaddix il-linja tas-salvataġġ fuq truf ippuntati jew uċuħ li joborxu. Ara Sezzjoni 1.4.
12) Tneħħix it-tikketti.
164

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis