Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M DBI-SALA Nano-Lok XL Bedienungsanleitung Seite 161

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 38
1.0 APPLIKAZZJONIJIET
1.1
SKOP: Il-Apparat li Awto-Jinġibed Luras ta' 3M (SRDs) huma ddisinjati biex ikunu komponent f'sistema ta' protezzjoni personali
kontra waqgħa (Personal Fall Arrest System - PFAS). Figura 1 turi SRDs (Apparat li awto-jinġibed lura) koperti minn dan il-mawal
ta' struzzjonijiet u l-applikazzjonijiet tipiċi tagħhom. Jistgħu jiġu użati fil-biċċa l-kbira tas-sitwazzjonijiet fejn il-kombinazzjoni
tal-mobilità tal-ħaddiem u l-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli tkun meħtieġa (jiġifieri xogħol ta' spezzjoni, kostruzzjoni ġenerali,
xogħol ta' manutenzjoni, produzzjoni taż-żejt, xogħol fi spazju żgħir, eċċ).
1.2
STANDARDS: L-SRD tiegħek huwa konformi mal-istandard(s) nazzjonali jew reġjonali identifikati fuq il-paġna ta' quddiem ta'
dawn l-istruzzjonijiet. Jekk dan il-prodott jerġa' jinbiegħ barra mill-pajjiż tad-destinazzjoni oriġinali, il-bejjiegħ li qed jerġa' jbigħu
għandu jipprovdi dawn l-istruzzjonijiet bil-lingwa tal-pajjiż fejn se jintuża l-prodott.
1.3
TAĦRIĠ: Dan it-tagħmir huwa intenzjonat li jintuża minn persuni mħarrġa fl-applikazzjoni korretta u l-użu tiegħu. Hija
r-responsabbiltà tal-utenti li jassiguraw li huma familjari ma' dawn l-istruzzjonijiet u li huma mħarrġa fil-ħarsien u l-użu korretti
ta' dan it-tagħmir. L-utenti għandhom ukoll ikunu konxji mill-karatteristiċi tat-tħaddim, il-limiti tal-applikazzjoni u l-konsegwenzi
ta' użu mhux xieraq.
1.4
LIMITAZZJONIJIET: Dejjem ikkunsidra l-limitazzjonijiet li ġejjin meta tkun qed tinstalla jew tuża dan it-tagħmir:
Kapaċità: Dan il-SRD ġie ttestjat għall-konformità għall-użu minn persuna waħda b'piż ikkombinat (ħwejjeġ, għodda eċċ.)
minnn 59 kg (130 libbra) sa 140 kg (310 libbra).
kapaċità xierqa għall-applikazzjoni tiegħek.
Ankraġġ: L-istruttura tal-ankraġġ għall-SRD trid tkun kapaċi tiflaħ għal tagħbijiet li jaslu sa 12 kN (2,697 libbra). Apparati ta'
ankraġġ iridu jkunu konformi ma' EN795.
Veloċità tal-Qfil: Għandhom jiġu evitati sitwazzjonijiet li ma jagħtux lok għall-passaġġ ta' waqgħa mingħajr ostakli. Ħidma
fi spazji magħluqa jew dojoq tista' ttellef milli l-ġisem jilħaq biżżejjed veloċità biex iġġiegħel lil SRD jillokkja jekk ikun hemm
waqgħa. Ħidma fuq materjali li jitħarrku bil-mod, bħalma hu ramel jew qamħ, tista' ttellef milli jkun hemm żieda tal-veloċità
biex iġġiegħel lill-SRD jillokkja. Huwa meħtieġ passaġġ minajr ostakli biex jiġi assigurat l-illokkjar pożittiv tal-SRD.
Waqgħa Mingħajr Kontroll (Free Fall): L-użu kif suppost ta' SRD f'applikazzjonijiet 'il fuq mill-persuna ser inaqqsu
d-distanza ta' waqgħa minajr kontroll. Sabiex tevita distanza ta' waqgħa minajr kontroll miżjuda, segwi l-istruzzjonijiet
t'hawn taħt:
M'għandek qatt tikklampja, tgħaqqad, jew tipprevjeni lil-linja tas-salvataġġ milli tinġibed lura jew tkun stirata.
Evita kwalunkwe laxk fuq il-linja tas-salvataġġ tal-SRD.
Taħdimx 'il fuq mil-livell tal-ankraġġ tiegħek.
M'għandekx ittawwal l-SRDs billi tqabbad lanyard jew komponent simili mingħajr ma tikkonsulta lil 3M.
Għal informazzjoni speċifika għall-prodott relatata ma' valuri ta' waqgħa mingħajr kontroll u spazji għall-waqgħa, jekk
jogħġbok irreferi għal Tabella 1 ta' dawn l-istruzzjonijiet.
Waqgħat bi Tbandil (Swing Falls): Waqgħat bi Tbandil (Swing Falls) iseħħu meta l-punt ta' ankraġġ ma jkunx direttament
fuq il-punt fejn isseħħ il-waqgħa. Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil tista' tikkawża korriment serju (ara
Figura 3A). Imminimizza l-waqgħat bi tbandil (swing falls) billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ
(Figura 3B). Jekk taħdem 'il bogħod mill-punt ta' ankraġġ (Figura 3C) ser tkun qed iżżid l-impatt ta' waqgħa bi tbandil u żżid
l-Ispazju għall-Waqgħa (FC, Fall Clearance) meħtieġ.
Fall clearance (Spazju għall-Waqgħa): Figura 3B turi l-Kalkolu tal-Ispazju għall-Waqgħa. L-Ispazju għall-Waqgħa (FC) hija
t-total ta' Waqgħa Mingħajr Kontroll (FF), Distanza tad-Deċellerazzjoni (DD) u Fattur tas-Sigurtà (SF): FC = FF +DD + SF.
Id-D-Ring Slide u l-Harness Stretch (Kemm jinġibed l-Irbit tas-Sikurezza) huma inklużi fil-Fattur tas-Sigurtà. Il-valuri
tal-Ispazju għal Waqgħa ġew ikkalkulati u huma rrappreżentati f'Figura 4. Intuża Fattur tas-Sigurtà ta' 1 m (3.28 piedi)
għall-valuri kollha f'Figura 4.
Figuri 3B u 3C juru l-Ispazju għall-Waqgħa. Għal waqgħat minn pożizzjoni bilwieqfa fejn l-SRD huwa ankrat direttament
'il fuq mill-persuna (Figura 3B), Sistema ta' Protezzjoni Kontra Waqgħa għandu jkollhom l-Ispazji għal Waqgħa minimi
speċifikati f'Tabella 1. Waqgħat minn pożizzjoni għar-rkupptejk jew kokka ser jeħtieġu Spazju ta' Waqgħa addizzjonali
ta' 1 m (3 piedi). F'sitwazzjoni ta' waqgħa bi tbandil (Figura 3C), id-distanza ta' waqgħa vertikali totali ser tkun akbar milli
kieku l-utent waqgħa direttament taħt il-punt ta' ankraġġ u jista' jkun jeħtieġ Spazju ta' Waqgħa addizzjonali. Figura 4 u
t-tabella ta' magħha jiddefinixxu r-Radju ta' Xogħol Massimu (C) għal diversi Distanzi ta' Għoli tal-Ankraġġ tal-SRD (A) u
Spazji ta' Waqgħa (B). Iż-Żona ta' Xogħol Rakkomandata hija limitata għaż-żona li tinsab fi ħdan ir-Radju ta' Xogħol Massimu.
Perikli: L-użu ta' dan it-tagħmir f'żoni fejn hemm perikli fil-madwar jista' jkun li jeżiġi prekawzjonijiet addizzjonali biex
titnaqqas il-possibilità ta' korriment lill-utent jew ħsara lit-tagħmir. Il-perikli jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
ħafna sħana, kimiċi kawstiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b'vultaġġ għoli, gassijiet splussivi jew tossiċi, makkinarju
li jitħarrek, jew materjali li jkunu aktar 'il fuq li jistgħu jaqgħu u jagħmlu kuntatt mal-utent jew mas-sistema ta' twaqqif ta'
waqgħa mill-għoli. Evita li taħdem fejn il-linja tas-salvataġġ tiegħek tista' taħbat ' jew titħabbel ma' linja tas-salvataġġ ta'
ħaddiem ieħor. Evita li taħdem f'post fejn jista' jaqa' oġġett u jaħbat mal-linja tas-salvataġġ; li jwassal għal telf ta' bilanċ jew
ħsara lil-linja tas-salvataġġ. Tħallix li l-linja tas-salvataġġ tgħaddi taħt id-dirgħajn jew bejn is-saqajn.
Truf bil-Ponta: Evita li taħdem fejn il-komponenti tas-sistema jistgħu jiġu f'kuntatt ma', jew iħokku ma', truf bil-ponta jew
jaqtgħu li ma jkunux mgħottija. Fejn ma jkunx jista' jiġi evitat kuntatt ma' tarf bil-ponta jew li jaqta', għatti t-tarf b'materjal
protettiv.
1  Kapaċità:
Waqt li l-SRD CE għandhom Kapaċità Massima ta' 140 kg (310 libbri), l-SRD b'Irkupru bi 3 Modi huma ratati għal Tagħbija ta' Irfigħ Massima ta' 135 kg
(298 libbra).
Żgura li l-komponenti kollha fis-sistema tiegħek huma kklassifikati għal
1
161

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis