Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M DBI-SALA Nano-Lok XL Bedienungsanleitung Seite 163

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 38
3.0 Installazzjoni
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra l-fatturi
kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet kollha kif
definiti f'Sezzjoni 2.
3.2
ANKRAĠĠ: Figura 7 turi konnessjonijiet tal-ankraġġ SRD tipiċi. Agħżel post ta' ankraġġ b'riskji minimi ta' waqgħat liberi u
waqgħat bit-tbandil (ara Taqsima 1). Agħżel punt ta' ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet statiċi speċifikati f'Taqsima 1.
3.3 KONNESSJONI TAL-HARNESS: Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu huwa meħtieġ għal applikazzjonijiet ta' Twaqqif ta'
Waqgħa mill-Għoli. Qabbad is-Snap Hook (A) fuq il-Linja tas-Salvataġġ SRD mad-D-Ring Dorsali tad-Dahar (B) fuq l-Irbit
tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu (ara Figura 8). Għal sitwazzjonijiet bħat-tlugħ fuq sellum, jista' jkun utli li tkun imqabbda
mad-D-Ring Sternali ta' quddiem. Ikkonsulta l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-harness għad-dettalji rigward l-użu tal-
punti ta' konnessjoni tal-harness.
4.0 OPERAT
;
Utenti għall-ewwel darba jew jew li ma jużawx Apparat li Awto-Jinġibed LurasSRDs ta' spiss għandhom jirrevedu
l-"Informazzjoni dwar is-Sigurtà" li tinsab fil-bidu ta' dan il-manwal qabel ma jużaw SRD.
4.1
QABEL KULL UŻU: Qabel kull użu ta' dan it-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli, spezzjonah bir-reqqa sabiex
tiżgura li jinsab f'kundizzjoni tax-xogħol tajba. Iċċekkja għal partijiet mherrija jew bil-ħsara. Żgura li l-boltijiet kollha
huma preżenti u qegħdin siguri f'posthom. Iċċekkja li l-linja tas-salvataġġ qed tinġibed lura kif suppost billi tiġbed il-linja 'l
barra u tħalliha tinġibed lura bil-mod. Jekk ikun hemm xi dewmien biex tinġibed lura, l-unità għandha titneħħa mis-servizz
u tinqered. Spezzjona l-linja tas-salvataġġ għal qtugħ, tiżrit, ħruq, tifrik u korrużjoni. Iċċekkja l-azzjoni tal-illokkjar billi
tiġbed bil-qawwa fuq il-linja. Ara r-Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Tabella 3) għad-dettalji tal-ispezzjoni. Tużax
jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni perikoluża.
4.2
WARA WAQGĦA MILL-GĦOLI: Kull tagħmir li ġie suġġett għal forzi għat-twaqqif ta' waqgħa mill-għoli jew li juri
ħsara konsistenti mal-effett ta' forzi ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli kif deskritt f'Tabella 3, irid jitneħħa mis-servizz
immedjatament u jiġi meqrud.
4.3
SUPPORT GĦALL-ĠISEM: Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu għandu jintlibes meta tuża 3m SRDs. Għal użu ta'
protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli ġenerali, qabbad mad-D-ring Dorsali tad-dahar. Għal sitwazzjonijiet bħat-tlugħ fuq
sellum, jista' jkun utli li tkun imqabbda mad-D-Ring Sternali ta' quddiem. Ikkonsulta l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-
harness għad-dettalji rigward l-użu tal-punti ta' konnessjoni tal-harness.
4.4
KONNESSJONIJIET TA' TWAQQIF TA' WAQGĦA MILL-GĦOLI: Meta tuża ganċ biex tagħmel konnessjoni, żgura li
tkun tista' sseħħ roll-out (ara Figura 5). Tużax ganċijiet jew konnetturi li ma jingħalqux kompletament fuq l-oġġett tal-
irbit. Tużax snap hooks li ma jillokkjawx. L-ankraġġ irid jissodisfa l-ħtiġijiet tal-qawwa tal-ankraġġ imniżżla f'Sezzjoni 1.
Segwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur fornuti ma' kull komponent tas-sistema.
4.5
OPERAT: Qabel l-użu, spezzjona l-SRD skont il-proċedura ta' spezzjoni ta' Tabella 3. Waqt l-użu, qabbad l-SRD ma'
ankraġġ adattat jew konnettur ta' ankraġġ kif deskritt qabel. Qabbad is-Self-Locking Snap Hook mat-tarf tal-linja ta'
salvataġġ mad- D-Ring Dorsali fuq l-rbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu (ara Figura 8). Żgura li l-konnessjonijiet huma
kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Żgura li l-ganċijiet huma kompletament magħluqin u msakkrin. Ladarba jkun marbut,
il-ħaddiem huwa liberu li jiċċaqlaq fi ħdan iż-żona tax-xogħol irrakkomandata f'veloċitajiet normali. Tag line tista' tkun
meħtieġa biex testendi jew tiġbed lura l-linja tas-salvataġġ waqt operazzjonijiet ta' konnessjoni jew skonnessjoni. Tag line
tista' tintuża biex tipprevjeni ġbid lura mhux ikkontrollat tal-linja ta' salvataġġ fl-SRD. Skont l-ambjent u l-kundizzjonijiet
tax-xogħol fuq is-sit, jista' jkun meħtieġ iżżomm it-tarf liberu tat-tag line biex tipprevjeni interferenza u taħbil mat-
tagħmir jew il-makkinarju.
4.6
SISTEMI ORIZZONTALI: F'applikazzjonijiet fejn l-SRD jintuża flimkien ma' sistema orizzontali (jiġifieri, Linja tas-
Salvataġġ Orizzontali, Trolley tal-I-Beams Orizzontali), l-SRD u l-komponenti tas-sistema orizzontali jridu jkunu
kompatibbli. Is-sistemi orizzontali jridu jkunu ddisinjati u installati taħt is-superviżjoni ta' inġinier ikkwalifikat. Ikkonsulta
l-istruzzjonijiet tal-manifattur għat-tagħmir tas-sistema orizzontali għad-dettalji.
;
Il-valuri ta' Spazju għall-Waqgħa f'Figura 4 huma bbażati fuq l-ankraġġ ma' punt tal-ankraġġ riġidu u stazzjonarju
u ma japplikawx għall-ankraġġ ma' sistema ta' Linja tas-Salvataġġ Orizzontali (HLL, Horizontal Lifeline). Ikkonsulta
l-Manwal tal-Istruzzjonijiet tal-HLL u l-Installatur tal-HLL biex tiddetermina l-Ispazji għall-Waqgħa meħtieġa.
5.0 Spezzjoni
5.1
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: Il-Apparat li Awto-Jinġibed Lura għandu jiġi spezzjonat fl-intervalli definiti f'Taqsima 2.
Il-proċeduri tal-ispezzjoni huma deskritti fir-"Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Tabella 3).
;
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jistgħu jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta'
spezzjonijiet (ara Tabella 2).
5.2
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuża,
neħħi l-SRD mis-servizz immedjatament u armih (ara Taqsima 6).
;
3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub minn 3M biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat.
163

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis