Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M DBI-SALA Nano-Lok XL Bedienungsanleitung Seite 162

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 38
2.0  UŻU
2.1
PJAN TA' SALVATAĠĠ: Meta jkun qed jintuża dan it-tagħmir, min iħaddem għandu jkollu pjan ta' salvataġġ bil-miktub u l-mezzi
lesti biex jimplimenta u jikkomunika dak il-pjan lill-utenti, persuni awtorizzati, u ħaddiema ta' salvataġġ.
2.2
FREKWENZA TAL-ISPEZZJONI: L-SRDs għandhom jiġu spezzjonati mill-persuna awtorizzata
qabel kull użu (Ara Tabella 2). Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet għandhom isiru minn persuna kompetenti
2
ta' mhux aktar minn sena. Kundizzjonijiet ta' xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jistgħu jkunu jeħtieġu żieda
fil-frekwenza ta' spezzjonijiet minn persuna kompetenti. Il-proċeduri ta' spezzjoni huma spjegati fir-"Reġistru tal-Ispezzjoni u
Manutenzjoni" (Tabella 3) . Ir-riżultati ta' kull spezzjoni minn Persuna Kompetenti għandhom jiġu rrekordjati fir-"Reġistru ta'
Spezzjoni u Manutenzjoni" jew irrekordjati bis-sistema ta' Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID).
2.3
OPERAZZJONIJIET NORMALI: Operazzjoni normali tippermetti lil-linja tas-salvataġġ titwal u tinġibed lura mingħajr ma tieqaf
jew tiddendel hekk kif il-ħaddiem ikun qed jiċċaqlaq b'veloċitajiet normali. Jekk isseħħ waqgħa mill-għoli, tiġi attivata sistema ta'
sospensjoni li tipperċepixxi l-veloċità, u b'hekk twaqqaf il-waqgħa u tassorbi ħafna mill-enerġija li tkun inħolqot. Għandhom jiġu
evitati movimenti għal għarrieda jew rapidi matul operazzjoni tax-xogħol normali, għax dan jista' jikkawża l-SRD biex jillokkja.
Għal waqgħat li jseħħu qrib il-punt fejn tieqaf topera l-linja tas-salvataġġ, ġiet inkorporata sistema tar-riżerva tal-linja tas-
salvataġġ jew Assorbitur tal-Enerġija biex jitnaqqsu l-forzi ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli. Jekk l-SRD ġie soġġett għal forzi
ta' twaqqif minn waqgħa: neħħih mis-servizz, mmarkaha jew ittikkettah bħala "MHUX UŻABBLI" (UUNUSABLE), spezzjonah u
għamillu service kif spjegat f'Taqsimiet 5 u 6.
2.4
SUPPORT GĦALL-ĠISEM: Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu għandu jintuża ma' Apparat li Awto-Jinġibed Lura. Il-punt
ta' konnessjoni tal-irbit tas-sikurezza jrid ikun 'il fuq miċ-ċentru tal-gravità tal-utent. Ċinturin tal-ġisem (body belt) mhuwiex
awtorizzat li jintuża ma' Apparat li Awto-Jinġibed Lura. Jekk isseħħ waqgħa meta tkun qed tuża ċ-ċinturin tal-ġisem tista' tikkawża
rilaxx involontarju jew trawma fiżika minħabba appoġġ tal-ġisem mhux adattat.
2.5
KOMPATIBILITÀ TAL-KOMPONENTI: Jekk mhux notifikat mod ieħor, it-tagħmir ta' 3M huwa maħsub għall-użu ma'
komponenti u subsistemi approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew tibdil li jsir b'komponenti jew subsistemi mhux approvati
jistgħu jipperikolaw il-kompatibbiltà tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistema sħiħa. Segwi
l-istruzzjonijiet tal-manifattur għal komponenti u subsistemi fis-sistema ta' protezzjoni personali kontra waqgħa tiegħek.
2.6
KOMPATTIBBILTÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta' konnessjoni meta
jkunu ġew iddisinjati biex jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx il-mekkaniżmi tal-bibien (gate
mechanisms) tagħhom jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom. Ikkuntattja lil 3M jekk ikollok xi
mistoqsijiet dwar kompatibbiltà.
Il-konetturi użati biex jissospendu l-SRD iridu jkunu konformi ma' EN362. Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti
tal-ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu
jinħallu b'mod mhux intenzjonat (ara Figura 5). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Huma
meħtieġa snap hooks u carabiners li jissakkru waħedhom (self-locking). Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun mqabbad
snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta' konnessjoni
japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), li tippermetti li
s-snap hook jew l-carabiner jinħallu mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.7
KIF TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip self-locking
(jissakkru waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax tagħmir li mhuwiex
kompatibbli. Kun żgur li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin. Il-konnetturi ta' 3M (snap hooks u
carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet għall-utent ta; kull prodott. Ara Figura 6 għal eżempji
ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap hooks u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu konnessi ma' D-rings ta'
qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba jekk il-ganċ jew id-D-ring jitgħawwġu jew iduru, sakemm
is-snap hook użat ma jkunx mgħammar b'bieba ta' 16 kN (3,600 libbra). Iċċekkja l-marki fuq is-snap hook tiegħek biex
tivverifika li hu xieraq għall-applikazzjoni tiegħek.
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u mingħajr
konferma viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankraġġ.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-lanyard tal-ħabel jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm tal-lanyard kif
ukoll tal-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li għandu forma jew qies b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma jissakkrux, jew li
jista' jseħħ roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
Tip ta' Użu
Eżempji tal-Applikazzjoni
Mhux Frekwenti sa Ħafif
Salvataġġ u Spazju Magħluq,
Manutenzjoni tal-Fabbrika
Moderat sa Tqil
Trasport, Bini Residenzjali, Utilitajiet,
Maħżen
Sever sa Kontinwu
Bini Kummerċjali, Żejt u Gass,
Estrazzjoni mill-Minjieri
1  Persuna Awtorizzata:
Persuna assenjata minn min iħaddem biex twettaq dmirijiet f'post fejn il-persuna se tkun esposta għal periklu ta' waqgħa mill-għoli.
2  Persuna li twettaq salvataġġ:
operazzjoni ta' sistema tas-salvataġġ.
3  Persuna Kompetenti:
Individwu mqabbad minn min iħaddem biex ikun responsabbli għas-superviżjoni immedjata, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ
tal-programm tal-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li, permezz ta' taħriġ u għarfien, huwa kapaċi li jidentifika, jivvaluta u jindirizza
perikli eżistenti jew potenzjali ta' waqgħa mill-għoli, u li għandu l-awtorizzazzjoni ta' min iħaddem li jieħu azzjoni korrettiva fil-pront fir-rigward ta' tali perikli.
Tabella 2 – Skeda ta' Spezzjoni
Kundizzjonijiet tal-Użu
Kundizzjonijiet Tajbin għall-Ħażna, Użu Ġewwa jew Użu
Barra Mhux Frekwenti, Temperatura Ambjentali, Ambjenti
Nodfa
Kundizzjonijiet Xierqa għall-Ħażna, Użu Ġewwa u Barra
fit-Tul, it-Temperaturi Kollha, Ambjenti Nodfa jew bit-Trab
Kundizzjonijiet Ħarxa għall-Ħażna, Użu Barra fuq Perjodu
Twil ta' Żmien jew Kontinwu, it-Temperaturi Kollha,
Ambjenti Maħmuġa
Persuna jew persuni, minbarra l-individwu li jkun qed jiġi salvat, li jaġixxu biex iwettqu salvataġġ assistit permezz ta'
162
jew persuna li twettaq salvataġġ
1
għajr l-utent f'intervalli
3
Frekwenza
tal-Ispezzjoni
Persuna Kompetenti
Annwali
Kull Sitt Xhur jew Darba
fis-Sena
Darba kull Tliet Xhur sa
Darba kull Sitt Xhur

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis