Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Renishaw SP25M Bedienungsanleitung Seite 103

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für SP25M:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

SP25M user's guide
http://www.renishaw.com
MT ‐ Rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar is‐sigurtà
MT: Rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar is‐sigurtà
ATTENZJONI: Qabel ma joħroġ mill­ippakkjar u jinstalla s­sistema tas­sonda SP25M, l­utent għandu jaqra bl­attenzjoni l­istruzzjonijiet
dwar is­sigurtà hawn taħt u jiżgura li jkunu segwiti f'kull ħin mill­operaturi kollha li jużaw is­sistema tas­sonda. L­użu ta' kontrolli jew
aġġustamenti, jew it­twettiq ta' proċeduri ħlief dawk speċifikati hawnhekk, jistgħu jirriżultaw f'espożizzjoni perikoluża għal radjazzjoni
infra-red.
L­operaturi għandhom jiġu mħarrġa fl­użu u fl­applikazzjoni tas­sistema tas­sonda SP25M u tal­prodotti li jiġu magħha, fil­kuntest tal­
magna li tkun iffittjata magħha, qabel ma jitħallew iħaddmu dik il­magna.
NOTA: Ir­referenzi hawn taħt jirreferu għal karatteristiċi indikati [†] [‡] [♦] fuq l­istampi murija hawn taħt. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li
tifhem b'mod ċar l­istruzzjonijiet kollha dwar is­sigurtà. Hu rakkomandat li wieħed ikun familjari mal­komponenti tas­sistema SP25M,
kif muri fis­sezzjonijiet li ġejjin.
Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti tas-sistema
Dijagramma skematika tal-komponenti tas-sistema tas-sonda
Dijagramma skematika tal-FCR25 flexible change rack
Dijagramma skematika tal-FCR25 TC flexible change rack
Is­sistema tas­sonda SP25M għandha protezzjoni overtravel mekkanika pprovduta fl­assi +Z tas­sonda, permezz ta' bumpstop fissa.
Għalhekk, is­sistema tal­kontroll tal­magna trid tkun kapaċi twaqqaf il­moviment tal­magna, f'din l­assi tas­sonda, qabel ma tintlaħaq il­
bumpstop. Jekk dan mhuwiex il­każ, l­utent għandu jilbes protezzjoni għall­għajnejn matul it­tħaddim fil­każ ta' ksur tal­istylus.
Għandu jkun kawtela biex jiġi żgurat li l­optical windows (indikati b'[♦]), li jinsabu kemm fuq il­body kif ukoll fuq il­modulu, ma ssirilhomx ħsara
għax huma tal­ħġieġ u jistgħu jikkawżaw korriment.
ATTENZJONI: Kalamiti permanenti jintużaw f'xi partijiet tas­sistema SP25M u prodotti assoċjati magħha. Hu importanti li żżommhom
'il bogħod minn oġġetti li jistgħu jiġu affettwati minn kampijiet manjetiċi, eż. sistemi ta' ħażna tad­dejta, pacemakers u arloġġi, eċċ.
Sigurtà tal‐LED
Il­body tal­SP25M fih sorsi ta' embedded high power LED (indikati b'[†]) li jipproduċu radjazzjoni infra­red inviżibbli. Dawn is­sorsi jiġu
esposti meta SM25­# jew modulu TM25­20 ma jkunux imwaħħla.
Li tneħħi l­modulu, jaqta' żewġ settijiet ta' interlock switches (indikati b'[‡]) biex jitfi awtomatikament l­enerġija LED u jassigura sigurezza lill­
utent.
F'intervalli adattati, il­kuntatti tal­interlock għandhom jiġu eżaminati u ċċekkjati biex jiġi żgurat li jkunu nodfa u ma jkunx fihom
kontaminazzjoni li tkun ġiet mill­arja, bħal trab, partikuli żgħar u rbaba tal­ħadid. F'ċirkustanzi li x'aktarx li mhux se jseħħu, kontaminazzjoni
bħal din tista' tikkawża xort tal­pinns u għaldaqstant iżżid ir­riskju li tintbagħat enerġija lil­LEDs, mingħajr ma jkun hemm modulu mwaħħal.
M'għandek qatt tikkonnettja oġġetti li jikkonduċu ma', jew bejn, il­kuntatti. Segwi l­istruzzjonijiet dwar it­tindif fit­taqsima tal­manutenzjoni.
Qabel tibda l­ispezzjoni, dejjem neħħi l­body tal­SP25M minn mal­probe head.
F'każ ta' ħsara serja lil, jew il­qsim ta', kwalunkwe parti tal­body tal­SP25M jew tal­casing ta' barra tal­iscanning module, IMMEDJATAMENT
skonnettja s­sors tal­enerġija, neħħi u tippruvax terġa' tuża l­partijiet, u ikkuntattja lill­fornitur tiegħek għal parir.
Issued 10 2015
103

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis