Herunterladen Diese Seite drucken

Rittal VX25 Ri4Power Montageanleitung Seite 33

Schalt- und energieverteilanlagen-system
Vorschau ausblenden Andere Handbücher für VX25 Ri4Power:
2. Struzzjonijiet ta' prekawzjoni
Użu skont l-ispeċifikazzjonijiet
Is-sistema tal-enerġija VX25 Ri4 għandha tintuża bħala apparat ta' mmuntar ta' switchgear ta' vultaġġ baxx b'vultaġġ nominali
ta' mhux aktar minn 1000 V AC jew 1500 V DC fuq ġewwa.
Matul l-iżvilupp tas-Sistema tal-Enerġija VX25 Ri4, diġà ġew ivvalutati u evitati punti kritiċi għas-sigurtà fl-istadju tal-kostruzzjoni permezz
ta' valutazzjoni tar-riskju skont DIN EN ISO 12100. Peress li ma jistgħux jiġu esklużi xi ftit riskji residwi, wieħed għandu josserva dan li ġej.
In-nuqqas ta' konformità mal-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà, jista' jkun ta' periklu għas-saħħa u għall-ħajja.
Struzzjonijiet ġenerali dwar is-sigurtà:
◾ Għandhom jiġu osservati l-istruzzjonijiet dwar l-immuntar tas-sistema tal-enerġija VX25 Ri4.
◾ Il-kisi għandu jkun protett biex matul it-trasport, l-installazzjoni jew it-tneħħija ma jinqalibx u jiżloq – ATTENZJONI: Iċ-ċentru tal-gravità!
◾ L-iżbarer ta' distribuzzjoni ewlenin mhux imwaħħlin L1, L2, L3 u N għandhom jitneħħew mill-kabinetti qabel it-trasport.
◾ Riskju ta' tgħaffiġ u qtugħ waqt l-installazzjoni/it-tneħħija tal-komponenti.
◾ Kun ċert li l-bibien tal-kabinett ma jinfetħux b'mod mhux intenzjonat.
◾ Meta tuża komponenti aċċessorji ta' Rittal, huwa possibbli li jiġu influwenzati l-proprjetajiet tal-kisi.
◾ Il-ftuħ u x-xogħol fuq is-sistema huma permessi biss fi stat mingħajr elettriku.
◾ Skont l-applikazzjoni u l-kundizzjonijiet ambjentali, xogħol regolari ta' manutenzjoni fuq is-sistema għandu jitwettaq u jiġi ddokumentat
kif xieraq.
◾ Għandhom jiġu osservati l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u t-tħaddim tas-sistema tal-kabinett addizzjonali VX25 (tista' ssib in-numru
tal-artiklu fuq www.rittal.com).
Qabel it-tħaddim:
◾ Neħħi t-tagħmir ta' protezzjoni eżistenti ta' matul it-trasport.
◾ Jekk ikun meħtieġ, uża plaggs li jneħħu l-pressjoni.
◾ Ispezzjona b'għajnejk il-punti ta' twaħħil kollha.
◾ Ikkontrolla t-torques tal-issikkar kollha.
◾ Iċċekkja l-issikkar tal-kejbils kollha - Forza tat-tensjoni > 30 N.
◾ Iċċekkja l-creepage u l-ispazju (pereżempju, ma' kull pożizzjoni ta' installazzjoni tal-lugs tal-kejbil) skont l-istandard użat.
◾ Neħħi l-għodda u l-materjali tal-immuntar.
◾ Wettaq kontroll tas-sigurtà elettriku.
VX25 Ri4Power – Schalt- und Energieverteilanlagen-System/Switchgear and power distribution system/Distribution de courant
33
loading

Diese Anleitung auch für:

2805133