Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Barbecook STELLA 3201 Benutzerhandbuch Seite 242

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 35
4.3. Enemel
Xi partijiet tal-apparat huma mgħottija f'saff ta' ħġieġ
imdewweb, magħruf ukoll bħala enemel. Dan l-enemel
jipproteġi l-metall ta' taħt mill-korrużjoni. L-enemel huwa
materjal ta' kwalità għolja: huwa reżistenti għall-korrużjoni, ma
jiddegradax taħt l-influwenza ta' temperaturi għoljin u huwa faċli
ħafna biex jingħata manutenzjoni.
Peress li l-enemel huwa inqas flessibbli mill-metall li jinsab
imwaħħal fuqu, biċċiet tal-enemel jistgħu jinqalgħu meta
l-apparat jintuża ħażin. Biex tevita din il-problema, trid
toqgħod attent meta tarma l-partijiet tal-enemel u dejjem
trid tieħu ħsieb l-enemel skont l-istruzzjonijiet f'dan il-
manwal.
4.4. Flare-ups
Flare-ups huma fjammi li jitilgħu għall-għarrieda mir-
reċipjent meta tkun qed tiggrilja. Ġeneralment dawn ikunu
kkawżati mit-taqtir tax-xaħam jew l-immarinar.
5.
L-IMMUNTAR TAL-APPARAT
5.1. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• M'għandekx tagħmel modifiki fl-apparat meta timmuntah.
Partijiet imwaħħla minn qabel u/jew issiġillati mill-manifattur
m'għandhomx jiġu modifikati, għax dan ikun ta' periklu.
• Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tal-immuntar bir-reqqa.
• L-utent huwa responsabbli għall-immuntar tajjeb tal-apparat.
Ħsara kkawżata minn immuntar mhux korrett mhix koperta
mill-garanzija.
5.2. Biex timmonta l-apparat
Għandek bżonn tornavit Phillips, tornavit ċatt, u batterija AA
(għall-apparat li jqabbad l-elettriku). L-apparat ma jiġix bil-
batteriji.
1. Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli.
2. Arma l-apparat kif muri fuq it-tpinġijiet tal-immuntar.
Tista' ssib it-tpinġijiet tal-immuntar fit-tieni parti ta' din il-
gwida, wara d-dijagramma kompożittiva tat-tagħmir tiegħek
(ara paġna 89).
Oqgħod attent meta tarma partijiet tal-enemel. L-għodda
u l-viti jistgħu jagħmlu ħsara lill-enemel. Uża l-woxers tal-
fibra fornuti biex tipproteġi l-enemel ta' madwar il-viti.
L-ippakkjar tal-prodott jista' jkun fih aktar viti milli meħtieġ,
għalhekk jaf ikun hemm xi viti żejda wara l-immuntar.
6.
IT-TWAĦĦIL TAL-GASS MAL-APPARAT
6.1. Liema ċilindru tal-gass, pajp u regolatur?
Biex tqabbad l-apparat mal-gass, l-ewwelnett se jkollok bżonn
tixtri ċilindru tal-gass, pajp, u regolatur tal-pressjoni. It-tabella
hawn taħt tindika liema ċilindru tal-gass, pajp, u regolatur
għandek tuża. Fil-Belġju (BE), pereżempju, għandek tuża
flixkun tal-propan b'pajp u regolatur għal 37 mbar, jew flixkun
tal-butan bil-pajp u r-regolatur għal 28-30 mbar.
Pajjiż
LU - NL - DK - FI
- SE - CY - CZ -
EE - LT - MT - SK
- SI - BG -IS - NO
TR - HR - RO - IT
- HU - LV
BE - FR - IT - LU -
IE - GR - PT - ES
- CY - CZ - LT -
SK - CH - SI - LV
L-apparat ġie ddisinjat biex jintuża ma' fliexken tal-butan
jew propan ta' 4.5 sa 15-il kg u mgħammar b'valv li
jnaqqas il-pressa xieraq. Nirrakkomandaw li tuża l-propan
mal-apparat. Il-propan jagħti kombustjoni ta' kwalità għolja
u huwa inqas sensittiv għall-ġlata. L-għoli taċ-ċilindru
tal-gass m'għandux jaqbeż is-70 ċm, irrispettivament mill-
wisa' jew id-dijametru D jew il-flixkun.
Dejjem ixtri r-regolatur tal-pressjoni u ċ-ċilindru tal-gass
tiegħek flimkien. Mhux ir-regolaturi kollha jaqblu mal-
fliexken tal-gass kollha.
Uża biss pajp tal-gass u regolatur b'omologazzjoni għall-
pajjiż fejn se jintuża.
6.2. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• Qatt m'għandek tqabbad il-pajp tal-gass direttament mal-
apparat. Dejjem waħħal regolatur tal-pressjoni maċ-ċilindru
tal-gass l-ewwel.
• Qatt timmodifika partijiet immuntati minn qabel jew issiġillati
tal- ċilindru tal-gass, il-pajp, jew ir-regolatur tal-pressjoni.
• Kun żgur li tuża pajp qasir kemm jista' jkun (mhux aktar
minn 1.5 m) biex tevita li jkaxkar fl-art.
- Qatt tiddeforma jew titwi/toqros il-pajp tal-gass. Iċċekkja li
l-pajp la jkun imġebbed u lanqas mibrum. Kun żgur li l-pajp
www.barbecook.com
Ċilindru tal-gass, pajp,
u regolatur
propan,
28-
butan jew
30 mbar
taħlitiet
tagħhom
28-
butan
30 mbar
37 mbar
propan
35

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Bc-gas-2036

Inhaltsverzeichnis