Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M DBI-SALA Nano-Lok Handbuch Seite 194

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 51
4.1
QABEL KULL UŻU: Qabel kull użu ta' dan it-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli, spezzjonah bir-reqqa sabiex
tiżgura li jinsab f'kundizzjoni tax-xogħol tajba. Iċċekkja għal partijiet mherrija jew bil-ħsara. Żgura li l-boltijiet kollha
huma preżenti u qegħdin siguri f'posthom. Iċċekkja li l-linja tas-salvataġġ qed tinġibed lura kif suppost billi tiġbed l-linja 'l
barra u tħalliha tinġibed lura bil-mod. Jekk ikun hemm xi dewmien biex tinġibed lura, l-unità għandha titneħħa mis-servizz
u tinqered. Spezzjona l-linja tas-salvataġġ għal qtugħ, tiżrit, ħruq, tifrik u korrużjoni. Iċċekkja l-azzjoni tal-illokkjar billi
tiġbed bil-qawwa fuq il-linja. Ara r-Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Tabella 3) għad-dettalji tal-ispezzjoni. Tużax
jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni perikoluża.
4.2
WARA WAQGĦA MILL-GĦOLI: Kull tagħmir li ġie suġġett għal forzi għat-twaqqif ta' waqgħa mill-għoli jew li juri
ħsara konsistenti mal-effett ta' forzi ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli kif deskritt f'Tabella 3, irid jitneħħa mis-servizz
immedjatament u jiġi meqrud.
4.3
APPOĠĠ GĦALL-ĠISEM: Meta jintużaw l-SRDs irid jintlibes irbit tas-sikurezza li jkopri l-ġisem sħiħ. Għal użu ta'
protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli ġenerali, qabbad mad-D-ring tad-dahar (dorsali).
4.4
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Figura 5 turi konnessjonijiet tal-irbit tas-sikurezza u tal-ankraġġ għal Sistemi
ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli ta' SRD. Meta tuża ganċ biex tagħmel konnessjoni, żgura li tkun tista' sseħħ roll-out
(ara Figura 5). Tużax ganċijiet jew konnetturi li ma jingħalqux kompletament fuq l-oġġett tal-irbit. Tużax snap hooks li
ma jillokkjawx. L-ankraġġ irid jissodisfa l-ħtiġijiet tal-qawwa tal-ankraġġ imniżżla f'Tabella 2. Segwi l-istruzzjonijiet tal-
manifattur fornuti ma' kull komponent tas-sistema.
4.5
OPERAT: Qabel l-użu, spezzjoni l-SRD kif deskritt f'Tabella 3. Figura 14 turi l-konnessjonijiet ta' sistema għal
applikazzjonijiet tipiċi ta' SRD. Qabbad l-SRD ma' ankraġġ adegwat jew immonta l-SRD fuq wara tal-Irbit tas-Sikurezza
li Jkopri l-Ġisem Sħiħ skont l-istruzzjonijiet f'Sezzjoni 3. Fuq SRDs imqabbda mal-ankraġġ, qabbad il-Ganċ (D) jew
Carabiner fuq l-Indikatur tat-Tagħbija mad-D-Ring Dorsali (A) fuq l-Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ. Fuq SRDs
immuntati fuq l-irbit tas-sikurezza, qabbad il-Ganċ (C) jew Carabiner ma' ankraġġ adegwat. Kun żgur li l-konnessjonijiet
huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Żgura li l-ganċijiet huma kompletament magħluqin u msakkrin. Ladarba jkun
marbut, il-ħaddiem huwa liberu li jiċċaqlaq fi ħdan iż-żona tax-xogħol irrakkomandata f'veloċitajiet normali. Jekk isseħħ
waqgħa, l-SRD se jillokkja u jwaqqaf il-waqgħa. Hekk kif isir is-salvataġġ, neħħi l-SRD mill-użu. Meta tkun qed taħdem
b'SRD, dejjem ippermetti lil-linja tas-salvataġġ tinġibed lura fit-tagħmir taħt kontroll.
4.6
ŻEWĠ SRDS TAL-INTERFAĊĊJA 100% IRBIT B'GĦOQDA: Meta żewġ SRDs ikunu mmuntati ħdejn xulxin fuq wara
tal-Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ, is-Sistema ta' Twaqqif ta' Waqgħa mill-Għoli ta' SRD tista' tintuża għal
protezzjoni kontra waqgħa mill-għoli kontinwa (100% irbit b'għoqda) waqt li wieħed ikun tiela', nieżel, jew qed jiċċaqlaq
b'mod laterali (ara Figura 15). Bis-Sieq tal-Lanyard ta' SRD wieħed imwaħħla ma' punt tal-ankraġġ, il-ħaddiem jista'
jimxi għal punt ġdid, waħħal is-Sieq tal-Lanyard mhux użata tal-SRD l-ieħor ma' punt tal-ankraġġ ieħor u mbagħad
skonnettja mill-punt tal-ankraġġ oriġinali. Is-sekwenza tista' tiġi ripetuta sakemm il-ħaddiem jasal fil-punt mixtieq. Il-
konsiderazzjonijiet għal applikazzjonijiet ta' Żewġ SRDs 100% irbit b'għoqda jinkludu dawn li ġejjin:
Qatt tqabbad iż-żewġ SRDs tal-Lanyards mal-istess punt tal-ankraġġ (ara Figura 16A).
Jekk tqabbad ma' aktar minn konnettur wieħed f'ankraġġ wieħed (ring jew eye) tista' tipperikola l-kompatibilità tal-
konnessjoni minħabba l-interazzjoni bejn il-konnetturi u mhux rakkomandat.
Il-konnessjoni ta' kull SRD tal-Lanyard ma' punt tal-ankraġġ separat hija aċċettabbli (Figura 16B).
Kull sit ta' konnessjoni jrid ikun jappoġġja b'mod indipendenti 2,248 lbs (10 kN) jew ikun sistema mmodifikata, bħal
Linja tas-Salvataġġ Orizzontali.
Qatt tqabbad aktar minn persuna waħda fl-istess ħin mas-sistema ta' Żewġ SRDs (Figura 16C).
Tħallix li l-Lanyards jitħabblu jew jitgħawġu flimkien għax dan jista' jimpedihom milli jinġibdu lura.
Tħalli l-ebda lanyard jgħaddi taħt id-dirgħajn jew bejn ir-riġlejn waqt l-użu.
4.7
IMMUNTAR TA' ŻEWĠ SRDS FUQ ID-D-RING DORSALI: Mudelli b'Carabiner ta' Azzjoni tripla jistgħu jiġu mmuntati
fuq id-D-Ring Dorsali f'konfigurazzjoni doppja. Biex timmonta żewġ SRDs fuq id-D-Ring Dorsali ta' Irbit tas-Sikurezza
(Figura 13):
1. Iftaħ il-Carabiner ta'Azzjoni Tripla: Bil-Carabiner ta' Azzjoni Tripla orjentat kif inhu muri fl-istampa, imbotta
l-Locking Sleeve (C) lejn il-lemin u mbagħad dawwar lejn il-lemin biex tiftaħ il-Bieba (D). Niżżel il-Bieba (D) 'l
isfel biex tinfetaħ.
2. Għaddi l-ewwel SRD ġewwa l-Carabiner ta' Azzjoni Tripla: Daħħal l-Imnieħer tal-Konnettur (E) minn ġos-
Swivel Eye (F) fuq l-SRD u mbagħad dawwar l-SRD għat-Tarf tal-Bieba tal-Konnettur (G). Il-Bieba tista' tingħalaq
biex tħalli spazju għas-Swivel Eye bejn il-Bieba u s-Sinsla tal-Konnettur.
3. Żid it-tieni SRD fuq il-Carabiner ta' Azzjoni Tripla: Għaddi s-Swivel Eye tal-SRD (F) fuq l-Imnieħer tal-
Konnettur (E).
4. Għaddi l-Carabiner ta' Azzjoni Trippla minn ġod-D-Ring: Daħħal l-Imnieħer tal-Konnettur (E) minn ġod-D-
Ring Dorsali (A). Dawwar il-Konnettur minn ġod-D-Ring sakemm il-bieb tkun tista' tingħalaq.
5. Agħlaq il-Carabiner ta' Azzjoni Tripla: Ħalli l-Bieba (D) tingħalaq u l-Locking Sleeve (C) iddur lura għall-
pożizzjoni msakkra.
4.8
SISTEMI ORIZZONTALI: F'applikazzjonijiet fejn l-SRD jintuża flimkien ma' sistema orizzontali (jiġifieri, Linja
tas-Salvataġġ Orizzontali, I-Beams Orizzontali, Trolley), l-SRD u l-komponenti tas-sistema orizzontali jridu jkunu
kompatibbli. Is-sistemi orizzontali jridu jkunu ddisinjati u installati taħt is-superviżjoni ta' inġinier ikkwalifikat. Ikkonsulta
l-istruzzjonijiet tal-manifattur għat-tagħmir tas-sistema orizzontali għad-dettalji.
;
Il-valuri ta' Spazju għall-Waqgħa f'Figura 4 huma bbażati fuq l-ankraġġ ma' punt tal-ankraġġ riġidu u stazzjonarju
u ma japplikawx għall-ankraġġ ma' sistema ta' Linja tas-Salvataġġ Orizzontali (HLL, Horizontal Lifeline). Ikkonsulta
l-Manwal tal-Istruzzjonijiet tal-HLL u l-Installatur tal-HLL biex tiddetermina l-Ispazji għall-Waqgħa meħtieġa.
194

Quicklinks ausblenden:

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis