Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M MicroTouch M1700SS Bedienungsanleitung Seite 391

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für MicroTouch M1700SS:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 235
Gwida għall-Utent għal 3M™ MicroTouch™ Display M1700SS
ĦARSA ĠENERALI
Użu Maħsub
It-3M™ Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati
biex jissostitwixxu displej eżistenti. Dawn id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni
professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa. Dawn mhumiex maħsuba jew
ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra ma
ġiex evalwat minn 3M u jista' jwassal għal nuqqas ta' sigurtà.
Noti Importanti
Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'sors tal-elettriku xieraq.
Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'reċipjent ertjat.
Meta taqla' l-wajer tal-elettriku, iġbed mill-plakka, mhux mill-wajer.
Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew
sajjetti.
Installa d-displej f'żona ventilata sew. Dejjem żomm ventilazzjoni tajba sabiex tevita
li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem f'mod affidabbli u kontinwu.
Tesponix dan id-displej għad-dawl tax-xemx jew sħana diretta. Is-sħana passiva tista'
tikkawża ħsara lill-kaxxa u partijiet oħrajn.
Tinstallax dan id-displej f'żoni fejn jistgħu jiġu ġġenerati vibrazzjonijiet estremi.
Pereżempju, tagħmir tal-manifattura li jinstab fil-viċinanzi jista' jipproduċi
vibrazzjonijiet qawwijin. Il-vibrazzjonijiet jistgħu jikkawżaw id-displej biex juri
stampa skulurita jew kwalità tal-vidjow bagħtuta.
Il-piż tal-prodott ivajra minn 18 sa 24 libbra skont l-ippakkjar, oqgħod attent meta
terfgħu.
Ara li l-metall ma jmissx it-touch sensor.
Sabiex tevita kwistjonijiet ergonomiċi:
Tinstallax id-displej b'mod jew f'post b'aċċessibbiltà diffiċli.
L-użu fit-tul jista' jirriżulta f'tensjoni fil-muskoli, l-għeruq jew minħabba qagħda
fissa. Huwa rakkomandat li tieħu pawżi regolari mill-użu kontinwu.
Indikaturi tas-Servisjar u tat-Tiswija
Tippruvax twettaq servisjar tal-unità inti stess. Jekk tneħħi l-kaver tad-displej tista'
tesponi lilek innifsek għal vultaġġ perikoluż jew riskji oħrajn u dan ser iħassar il-
garanzija.
Aqla' l-plakka tad-displej mill-iżbokk tal-elettriku u rreferi għal personal kwalifikat għas-
servisjar fil-każ li:
Dokument #19-268
Rev AN
389

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis