Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Kura U Manutenzjoni Tal-Batterija; Ħajja Tas-Servizz; Kif Tqabbel L-Apparat Tiegħek Mal-Connect App (Pairing) - Inogen Rove 6 Bedienungsanleitung

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für Rove 6:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 153

10.7 KURA U MANUTENZJONI TAL-BATTERIJA

Batteriji tal-jone tal-litju (lithium-ion) jeħtieġu kura speċjali biex jiżguraw prestazzjoni xierqa u ħajja twila. Uża biss batteriji
kompatibbli mal-apparat tiegħek.
• Żomm Niexef: Dejjem żomm il-likwidi 'l bogħod mill-batteriji. Jekk il-batteriji jixxarrbu, waqqaf l-użu minnufih u armi l-batterija
kif suppost.
• L-effett tat-temperatura fuq il-prestazzjoni tal-batterija: Il-batterija tagħti l-enerġija lill-apparat taħt ħafna mill-
kundizzjonijiet ambjentali. Biex testendi l-ħin ta' kemm iddum il-batterija tiegħek, evita t-tħaddim f'temperaturi ta' inqas minn
41 °F (5 °C) jew ogħla minn 95 °F (35 °C) għal perjodi ta' żmien estiżi.
• Ħżin tal-batterija: Neħħi l-batterija tiegħek mill-apparat meta ma jkunx qed jintuża biex tevita skariku involontarju. Aħżen
il-batterija f'post frisk u niexef. Aħżen b'ċarġ ta' mill-inqas 40-50 %. Il-batteriji għandhom jiġu ċċarġjati sa ċarġ sħiħa u jiġu
skarikati sa 0 % mill-inqas darba kull 90 jum biex tinżamm ħajja massima. Evita li taħżen il-batterioja tat-tagħmir tiegħek
f'temperaturi estremi, taħt -4 °F (-20 °C) jew'il fuq minn 140 °F (60 °C), għal kwalunkwe ammont ta' ħin.
• Rimi tal-batterija: Ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għar-rimi xieraq tal-batterija. Il-batteriji tal-jone tal-litju, bħall-batteriji
rikarikabbli kollha, huma riċiklabbli u qatt m'għandhom jiġu inċinerati.
10.8 ĦAJJA OPERATTIVA
Il-ħajja operattiva mistennija tal-apparat hija ta' 5 snin, ħlief għas-sodod tal-passatur (kolonni tal-plastik) li għandhom ħajja
mistennija ta' sena u l-batteriji, li għandhom ħajja mistennija ta' 500 ċiklu sħiħ ta' ċarġ/disċarġ.
11. TQABBID (PAIRING) TAL-APPART TIEGĦEK MAL-APP CONNECT
L-Inogen Connect App tqabbad (pairing) il-konċentratur portabbli tal-ossiġnu tiegħek mal-mowbajl jew mat-tablet tiegħek bl-użu tat-
teknoloġija Bluetooth. Mhijiex disponibbli f'kull pajjiż — ikkuntattja lill-fornitur tat-tagħmir tiegħek għal aktar informazzjoni.
IMPORTANTI: l-app mhijiex maħsuba biex tissostitwixxi l-pannell tal-interfaċċa tal-utent, li huwa s-sors primarju ta' informazzjoni li
l-pazjent għandu jirreferi għaliha meta jħaddem l-apparat.
IMPORTANTI: Il-konnessjoni tal-Inogen Rove 6 ma' konnessjoni Bluetooth li tinkludi tagħmir ieħor tista' tirriżulta f'riskji li ma jkunux
ġew identifikati qabel għall-pazjenti, l-operaturi jew partijiet terzi oħra. L-organizzazzjoni responsabbli għandha tidentifika, tanalizza,
tevalwa u tikkontrolla dawn ir-riskji. Bidliet sussegwenti għall-konnessjoni Bluetooth jistgħu jintroduċu riskji ġodda u jeħtieġu analiżi
addizzjonali. Bidliet fil-konnessjoni Bluetooth jinkludu:
• Bidliet fil-konfigurazzjoni Bluetooth.
• Konnessjoni ta 'oġġetti addizzjonali għall-konnessjoni Bluetooth.
• Oġġetti skonnettjati mill-konnessjoni Bluetooth.
• Aġġornament tat-tagħmir konness mal-konnessjoni Bluetooth.
• Aġġornament tat-tagħmir konness mal-konnessjoni Bluetooth.
©2022 Inogen, Inc. Id-drittijiet kollha riżervati.
Paġna 340 minn 356
96-12100-01-01-A

Quicklinks ausblenden:

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Is-501Io-501

Inhaltsverzeichnis