Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Sostituzzjoni Tal-Kannula; Tindif Tal-Qafas; It-Tindif U S-Sostituzzjoni Tal-Filtru (Rp-500) - Inogen Rove 6 Bedienungsanleitung

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für Rove 6:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 153
Parts ta' sostituzzjoni jistgħu jinxtraw mill-manifattur minn www.inogen.com jew billi ċċempel 1-877-466-4364.

10.1 SOSTITUZZJONI TAL-KANNULA

Il-kannula nażali tiegħek għandha tinbidel fuq bażi regolari skont l-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur. Ikkonsulta mat-tabib/A
tiegħek u/jew fornitur tat-tagħmir u/jew l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-kannula għall-informazzjoni dwar is-sostituzzjoni.
10.2 TINDIF TAL-KAXXA TAL-APPARAT (CASE)
PERIKLU!
Riskju ta' korriment jew ħsara
Il-likwidu jagħmel ħsara lill-komponenti interni tal-konċentratur u t-tagħmir tiegħu. Biex jiġu evitati ħsara jew korriment minn
xokk elettriku:
• Itfi l-konċentratur u aqla' l-wajer qabel it-tindif.
• TĦALLI L-EBDA aġent tat-tindif iqattar ġewwa l-fetħiet tad-dħul u tal-ħruġ tal-arja.
• TISPRREJJAX U TAPPLIKAX aġenti tat-tindif direttament fil-kabinett.
• TLAĦLAĦX il-prodott
• TGĦADDASX l-apparat jew l-aċċessorji fil-likwidu
TWISSIJA!
Riskju ta' mewt, korriment jew ħsara
Aġenti kimiċi ħarxa jistgħu jagħmlu ħsara lill-konċentratur u l-filtri
• TNADDAFX bl-alkoħol u prodotti bbażati fuq l-alkoħol (alkoħol isopropil), prodotti kkonċentrati bbażati fuq il-kloru (klorur tal-
etilen), u prodotti b'bażi ta' żejt mhux raffinat jew xi aġenti kimiċi ħorox oħra.
Uża biss deterġent likwidu ħafif tal-platti.
Il-kaxxa naddafha perjodikament kif ġej:
1. Ara li l-konċentratur ikun mitfi u jitneħħa mill-borża tal-ġarr.
2. Naddaf il-kaxxa ta' barra bl-użu ta' ċarruta mxarrba b'deterġent likwidu ħafif u ilma.
3. Ħalli l-konċentratur jinxef bl-arja, jew uża xugaman niexef, qabel ma tirritorna l-konċentratur fil-basket tal-ġarr jew fil-backpack
u qabel ma tħaddem il-konċentratur.
IMPORTANTI: L-apparat għandu jirċievi tindifa esterna kull ġimgħa; l-aċċessorji għandhom jitnaddfu kif meħtieġ. It-tagħmir fuq barra
għandu jitnaddaf u l-filtru tal-ħruġ għandu jinbidel qabel ma jingħata lil pazjent ġdid.
10.3 TINDIF U SOSTIUZZJONI TAL-FILTRU (RP-501)
Il-filtri tal-partikuli għandhom jitnaddfu kull ġimgħa sabiex tiġi żgurata l-ħeffa tal-fluss tal-arja.
Biex tnaddaf:
1. Neħħi l-filtri tal-partikoli miż-żewġ trufijiet tad-dħul tal-apparat.
2. Naddaf il-filtri tal-partikoli b'deterġent likwidu ħafif u ilma, laħlaħ fl-ilma u nixxef kompletament qabel l-użu mill-ġdid.
Biex tixtri filtri tal-partikoli addizzjonali, ikkuntattja lill-fornitur tat-tagħmir tiegħek jew Inogen.
©2022 Inogen, Inc. Id-drittijiet kollha riżervati.
Paġna 334 minn 356
96-12100-01-01-A

Quicklinks ausblenden:

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Is-501Io-501

Inhaltsverzeichnis