Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Emmaljunga KITE 150 Bedienungsanleitung Seite 95

Inhaltsverzeichnis

Werbung

sodda.
Qatt tiġbed warajk pram/puxċer li għandha r-roti ta' quddiem li
jduru. Il-pram/puxċer tista' ddur waħedha u twassal għal riskju
għas-sigurtà jekk m'intix prudenti u attent.
Qatt tuża l-pram/puxċer biex titla' jew tinżel taraġ. Dejjem uża
lift biex tmur minn pjan għall-ieħor jew minn livell għal livell
ieħor. Jekk ma tistax tevita li tuża taraġ, kun ċert li tneħħi lit-tifel/
tifla tiegħek mill-pram/puxċer u li m'hemmx tfal fil-puxċer jew
fejn il-pram/puxċer.
Qatt tuża il-pram/puxċer fuq skalaturi.
Tużax dan il-prodott f'irwiefen qawwija jew fil-maltemp.
Jekk jogħġbok innota li stazzjonijiet ferrovjarji ta' taħt l-art
jistgħu jikkawżaw żieda f'daqqa fil-pressjoni tal-arja (riħ jew
vakwu). Qatt tqiegħed dan il-prodott ħdejn kwalunkwe binarju
mingħajr ma jkollok
idejk it-tnejn fuq il-manku hekk kif l-appart ta' brejking waħdu jaf
ma jkunx biżżejjed biex iżomm il-puxċer tiegħek f'postu b'mod
sigur.
Taqsamx il-binarji meta t-tifel/tifla tiegħek qegħdin fil-puxċer jew
fil-pram. Ir-roti jistgħu jeħlu!
Meta qed tuża trasport pubbliku (tal-linja, ferrovija taħt l-art,
ferrovija eċċ.) mhuwiex biżżejjed li tuża l-parking brejk tal-
pram biss. Il-pram jista' jkun li tkun esposta għal kundizzjonijiet
(brejking, dawrin, tumbati fit-toroq, aċċelerazzjoni f'salt eċċ.) li
ma ġietx ittestjata għalihom skont l-istandard EN1888 attwali.
Segwi r-rakkomandazzjonijiet u l-istruzzjonijiet rigward l-ankraġġ
sigur tal-prams waqt it-trasport li huma obbligati li jipprovdu
l-operaturi tat-trasport pubbliku.
Dan il-prodott m'għandux jintuża bħala apparat għal trattament
mediku. Dan il-prodott huwa ddisinjat u mibni skont l-istandard
EN1888/EN1466. Jekk it-tifel/tifla tiegħek għandhom bżonnijiet
mediċi speċjali rigward it-trasportazzjoni, għandek tikkonsulta
t-tabib tiegħek.
Parking / Tiwi / Ħażna
Dejjem applika l-brejkijiet kull meta l-pram/puxċer tkun wieqfa.
Il-brejk dejjem għandu jintuża meta tgħolli t-tifel/tifla tiegħek
għall-ġol pramm jew mill-pram.
Qatt tipparkja l-pram fuq għolja jew wiċċ mhux lixx.
Dejjem oħroġ lit-tifel/tifla tiegħek qabel ma tilwi l-pram.
Ara li t-tfal ma jkunux f'pożizzjoni li jinqabdu f'partijiet li
jiċċaqalqu jekk taġġusta l-pram/puxċer.
Aħżen il-pram/puxċer fejn ma jilħquhx it-tfal meta ma jkunx qed
188
jintuża.
Meta jiġu f'kuntatt ma' art tal-PVC jew materjali tal-plastik oħra,
it-tajers jistgħu jikkawżaw tibdil fil-kulur. Dejjem uża protezzjoni
għar-roti jekk il-pram/puxċer jinħażen fuq uċuħ delikati.
Kif Tieħu Ħsieb il-Prodott, il-Manutenzjoni, L-Ispare parts
Segwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandek tieħu ħsieb il-prodott u
l-manutenzjoni tiegħu.
Qatt tuża dan il-prodott jekk parti minnu għandu xi diffett jew
ħsara.
Iċċekkja li ż-żippijiet u l-poppers u marbutin sewwa qabel l-użu.
Uża biss parts għas-sostituzzjoni li huma oriġinali jew approvati
mill-manifattur.
L-aċċessorji jew spare parts li l-manifattur ma approvax
m'għandhomx jintużaw.
It-tajers tal-arja jista' jkun fihom ammont ikkontrollat ta'
idrokarburi polijaromatiċi PAH. Immaniġġja t-tajers b'attenzjoni,
it-tiswija u tibdil ta' tajers jew tubi ta' ġewwa għandu jsir minn
professjonisti biss. Qatt tħalli t-tfal jilagħbu bil-pram/puxċer jew
bit-tajers.
Ġenerali
L-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u d-direzzjonijiet f'dan il-manwal ma
jistgħux ikopru l-kundizzjonijet kollha possibbli u s-sitwazzjonijiet
mhux previsti li jistgħu jinqalgħu. Wieħed irid jifhem li s-sens komun,
il-kawtela u l-mod ta' kif tieħu ħsieb prodott huma fatturi ma jistgħux
jiġu integrati f'prodott. Dawn il-fatturi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà
tal-persuna/i li qed jieħdu ħsieb jew jużaw il-pram. Huwa importanti
li dawn l-istruzzjonijiet jinftiehmu u jiġu segwiti minn kull min juża
l-pram u l-aċċessorji. Dejjem avża u agħti l-istruzzjonijiet lil kull
persuna li tuża l-pram u l-aċċessorji dwar kif għandhom jintużaw,
anke jekk il-persuna/i ser jużawhom għal żmien qasir. Ara li l-utenti
kollha għandhom il-kapaċitajiet fiżiċi u l-esperjenza neċessarja biex
iħaddmu din il-vettura.
V.1.1
V.1.1
SE
EN
CZ
DE
DK
EE
ES
FI
NO
SVK
BG
FR
GR
HR
HU
IS
IT
LV
LT
ML
NL
PL
RO
PT
RS
RU
SL
TR
189

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Kite 250

Inhaltsverzeichnis