Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Vita-Mix MIX'N MACHINE Advance Bedienungsanleitung Seite 78

Frozen treat mixer
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 18
Jekk jogħġbok aqra l-linji gwida ġenerali li ġejjin dwar l-Użu u Kif Tieħu Ħsiebu.
Qabel ma tuża l-blender Vita-Mix, aqra l-Manwal dettaljat tal-magna dwar
l-Użu u Kif Tieħu Ħsiebu, disponibbli fuq: www.vitamix.com/manuals
Meta tuża din il-magna jew kwalunkwe
tagħmir elettriku ieħor, dejjem segwi dawn
l-istruzzjonijiet bażiċi:
1. Aqra l-istruzzjonijiet kollha.
2. Biex tipproteġi kontra r-riskju ta' xokk elettriku, tpoġġix l-għeluq
tal-mutur fl-ilma jew f'likwidu ieħor.
3. Superviżjoni mill-qrib minn persuni adulti hi meħtieġa meta
l-appliance tintuża minn jew qrib it-tfal. It-tfal għandhom ikunu
ssorveljati biex tiżgura li ma jilagħbux ma' l-appliance. Din l-appliance
mhijiex intenzjonata għall-użu minn persuni (li jinkludu t-tfal) b'ħiliet
fiżiċi, sensorjali jew mentali mnaqqsa, jew b'nuqqas ta' esperjenza u
għarfien, ħlief jekk jingħataw superviżjoni jew struzzjonijiet dwar l-użu
ta' l-appliance minn persuna responsabbli għas-sigurtà tagħhom.
4. Aċċerta ruħek li l-magna tkun fuq, jew immuntata fuq wiċċ sod jew
ħajt qabel ma tużaha.
5. Aqla' l-wajer tad-dawl mis-sokit ta' mal-ħajt meta l-magna Vita-Mix
ma tkunx qed tintuża, qabel ma żżarmaha, meta tkun qed timmonta
partijiet fuqha jew taqlagħhom, jew qabel ma tnaddafha, ħlief jekk
tkun qed tnaddaf l-agitator.
6. M'għandek qatt tmiss partijiet li jkunu qed jitħarrku.
7. TĦADDIMX kwalunkwe magna li jkollha l-wajer jew plagg bil-ħsara,
jekk il-magna ma taħdimx sweea, jew jekk titwaqqa' jew jekk b'xi mod
tiġrilha l-ħsara. Fl-Istati Uniti u l-Kanada, ċempel lil Vita-Mix
Technical Support, fuq 800-886-5235 immedjatament biex
il-magna tkun tista' tiġi eżaminata, tissewwa, jew għall-possibbiltà ta'
sostituzzjoni, jew aġġustament elettriku jew mekkaniku. Jekk tgħix
barra l-Istati Uniti jew il-Kanada, ikkuntattja lid-distributur lokali
tiegħek ta' Vita-Mix, jew ċempel lil Vita-Mix International Division fuq
+1.440.782.2450 jew ibgħat email lil international@vitamix.com għal
distributur fil-pajjiż tiegħek.
8. Tużax aċċessorji li ma jkunux rakkomandati jew mibjugħa minn
Vita-Mix Corporation. Jekk tagħmek hekk, il-garanzija ser tiġi
annullata. IT-TIBDIL JEW IL-MODIFIKAZZJONI TA' DAN
IL-PRODOTT
FI
KWALUNKWE
RAKKOMANDAT, GĦAX JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT.
9. TUŻAX FUQ BARRA.
10. TĦALLIX il-wajer tad-dawl imdendel fit-tarf ta' mejda jew counter.
11. TPOĠĠIX il-magna fuq jew qrib burner tal-gass jew ta' l-elettriku,
f'forn jaħraq, jew tħalli l-magna tmiss ma' wċuħ jaħarqu. Sorsi esterni
ta' sħana jistgħu jagħmlu ħsara lill-magna.
12. Żomm idejk u l-utensili 'l barra mill-kontenitur tal-magna meta
l-agitator ikun jaħdem, biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' korriment
personali sever u/jew ħsara lill-magna Vita-Mix.
13. Dejjem għandek iżżomm l-isplash guard f'postha meta tkun tħaddem
il-magna.
MIŻURI IMPORTANTI TAS-SIGURTÀ
FORMA
MHUWIEX
14. Meta tuża l-kontroll optional tal-pedala tas-saqajn (għal mudelli
applikabbli), aċċerta ruħek li jkun ertjat u li jkun f'post fejn ma jkunx
jista' jiġi attivat bi żball. Meta l-magna ma tkunx qed tintuża, agħmel
is-swiċċ tal-provvista tad-dawl fuq OFF biex b'hekk l-unità ma tkunx
tista titqabbad b'mod aċċidentali bil-pedala tas-saqajn.
15. ATTENZJONI: Għal mudelli applikabbli, id-dawl fil-pannell tal-faċċata
tas-swiċċ start/stop, meta jkun jixgħel, jindika li l-provvista tad-dawl
tkun ON, u li l-magna tista' titqabbad. Itfi l-magna (OFF), jew aqla'
l-plagg tal-magna qabel ma tmiss kwalunkwe partijiet li jitħarrku. Itfi
s-swiċċ tal-provvista tad-dawl fuq OFF bil-lejl jew kull meta l-magna
tkun ser titħalla waħidha.
Gawdi s-sigurtà ta' din il-magna ertjata. Il-wajer tad-dawl ta' l-Istati Uniti
tal-magna Vita‧Mix jiġi mgħammar bi plagg bi tlitt pinns (ertjat) li taqbel
ma' sokit standard ta' mal-ħajt (Figura A). Dan il-wajer ser ivarja għal
pajjiżi barra mill-Istati Uniti.
Adapters (Figura B) huma disponibbli għal sokits b'żewġ pinns. Taqtax
jew tneħħi t-tielet pinn (l-ert) mill-plagg jew mill-wajer tad-dawl.
®
Kellem lill-electrician tiegħek jekk m'intix ċert jekk is-sokit ta' mal-ħajt hix
ertjata permezz tal-wiring tal-bini. Ertja l-magna kif suppost permezz ta'
sokit ta' mal-ħajt b'żewġ pinns li tkun ertjata kif suppost, billi twaħħal it-tab
fuq l-adapter ma' l-għatu tas-sokit ta' mal-ħajt permezz tal-vit fiċ-ċentru ta'
l-għatu (Figura B).
Figura A
TWISSIJA!
ADAPTERS BI TLIET PINNS M'GĦANDHOMX JINTUŻAW FIL - KANADA.
Erfa' dawn l-Istruzzjonijiet
NOTI IMPORTANT!
L-istruzzjonijiet li jidhru f'din il-Gwida dwar l-Użu u Kif Tieħu Ħsiebu,
ikopru kull kundizzjoni u sitwazzjoni possibbli li tista' sseħħ. Wieħed
għandu juża s-sens komun u l-attenzjoni meta jħaddem u jagħmel
manutenzjoni fuq kwalunkwe appliance.
78
Figura B

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Mix'n machine standard

Inhaltsverzeichnis