Herunterladen Diese Seite drucken

Amplatzer TorqVue LP Gebrauchsanweisung Seite 54

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 34
13. Għaddas l-istrument u l-istrument li jikkarga f'soluzzjoni salina sterili u iġbed l-istrument ġo
l-istrument li jikkarga.
14. Daħħal l-istrument li jikkarga minn ġol-valv ta' l-emostasi u għal ġol-kateter tal-forniment
sakemm l-istrument li jikkarga ma jibqax miexi aktar. Żomm l-istrument li jikkarga fil-post waqt
li tkun qed tittrasferixxi l-istrument ġol-kateter tal-forniment. Oqgħod attent meta tkun qed
tmexxi 'l quddiem l-istrument minn ġol-kateter tal-forniment biex tevita li tagħmel ħsara
lill-vini/arterji u lit-tessut kardijaku.
ATTENZJONI: Jekk ma tkunx tista' tittrasferixxi l-istrument ġol-kateter tal-forniment, iġbed lura
l-istrument, erġa' ippożizzjona l-istrument u ittrasferixxi l-istrument ġol-kateter tal-forniment.
15. Imbotta l-istrument sat-tarf distali tal-kateter tal-forniment. Iddawwarx il-wajer tal-forniment.
Neħħi l-istrument li jikkarga.
16. Ippożizzjona l-istrument skond l-Istruzzjonijiet għall-Użu għall-istrument AMPLATZER u
ikkonferma t-tqegħid fil-post.
ATTENZJONI: Terħix l-istrument (tħollx il-wajer tal-forniment) sakemm it-tqegħid fil-post ta'
l-istrument ikun ikkonfermat.
17. Jekk il-pożizzjoni ta' l-istrument ma tkunx sodisfaċenti:
a. Stabbilizza l-wajer tal-forniment u erġa' mexxi 'l quddiem il-kateter tal-forniment sakemm
l-istrument ikun ġol-kateter għal kollox.
b. Erġa' ippożizzjona l-istrument mill-ġdid u erġa' poġġih fil-post, jew neħħi l-istrument minn
ġol-pazjent.
18. Jekk il-pożizzjoni ta' l-istrument tkun sodisfaċenti:
a. Waħħal il-morsa tal-plastik mal-wajer tal-forniment, u mbagħad erħi l-istrument billi
ddawwar il-wajer tal-fornument lejn ix-xellug sakemm jinqala' minn ma' l-istrument.
b. Iġbed il-wajer tal-forniment għal ġol-kateter tal-forniment.
c. Neħħi l-wajer tal-forniment u l-kateter tal-forniment minn ġol-pazjent.
19. Segwi l-istruzzjonijiet ta' wara l-impjant skond l-Istruzzjonijiet għall-Użu għall-istrument
AMPLATZER.
51

Werbung

loading