Avvenimenti Avversi Potenzjali
Avvenimenti avversi jistgħu jseħħu f'kull ħin, waqt u wara l-proċedura u jistgħu jinkludu, iżda
mhumiex limitati għal:
• Emboliżmu ta' l-arja
• Fistuli arterjovenużi
• Arritmija
• Ħruġ ta' demm fis-sit minn fejn isir l-aċċess
• Ferita tal-plexus tad-driegħ
• Għafis kardijaku
• Mewt
• Dissezzjoni
• Endokardite
• Ematoma
• Kompromess emodinamiku
Definizzjonijiet tas-Simboli
Flimkien mas-simboli armonizzati definiti f'ISO 15223, is-simboli li ġejjin jistgħu jidhru fuq l-ippakkjar
ta' l-istrument:
Proċedura
ATTENZJONI: Il-proċedura għandha titwettaq skond l-Istruzzjonijiet għall-Użu pprovduti ma'
l-istrument AMPLATZER xieraq. Struzzjonijiet ġenerali għal TorqVue LP Sistema tal-Forniment
huma pprovduti hawn taħt.
1. Segwi l-istruzzjonijiet ta' qabel il-proċedura skond il-protokolli ta' l-istituzzjoni u skond
l-Istruzzjonijiet għall-Użu pprovduti ma' l-istrument AMPLATZER.
2. Eżamina l-borża sterili tat-TorqVue LP Sistema tal-Forniment u ivverifika li ma tkunx miftuħa
jew bil-ħsara. Iftaħ bil-mod il-borża sterili u eżamina s-sistema tal-forniment għal xi ħsara.
3. Imsaħ in-naħa ta' barra u laħlaħ in-naħa ta' ġewwa tal-kateter b'soluzzjoni salina sterili.
4. Ikseb aċċess venuż jew arterjali bil-mod tas-soltu. Żgura li l-għant li jintroduċi li jintuża biex
jinkiseb aċċess, ikun ta' daqs adattat.
5. Daħħal il-wajer gwida skond l-Istruzzjonijiet għall-Użu pprovduti ma' l-istrument AMPLATZER.
6. Laħlaħ il-katerer tal-forniment b'soluzzjoni salina sterili.
7. Waħħal valv ta' l-emostasi mal-kateter tal-forniment.
8. Mexxi 'l quddiem il-kateter tal-forniment fuq il-wajer gwida u ippożizzjonah skond l-Istruzzjonijiet
għall-Użu ipprovduti ma' l-istrument AMPLATZER. Oqgħod attent meta tgħaddi l-katerer
tal-forniment minn ġol-vini/arterji u tessut biex tevita li tagħmel ħsara lill-vini/arterji u lit-tessut
kardijaku.
9. Neħħi l-wajer gwida.
10. Ħalli d-demm li jkun ħiereġ ineħħi l-arja kollha mis-sistema, billi żżomm il-valv taħt il-pjan
tal-ġisem tal-pazjent u billi tiftaħ l-istopcock. Tista' wkoll titwaħħal siringa mal-valv u l-arja
tinġibed billi tagħmel back-flushing tas-sistema. Agħlaq l-istopcock meta tlesti.
11. Mexxi 'l quddiem il-wajer gwida minn ġo l-istrument li jikkarga.
12. Issikka l-istrument ta' AMPLATZER billi ddawwar lejn il-lemin fuq it-tarf tal-wajer tal-forniment
sakemm ikun issikkat b'mod sod. Biex tiżgura li l-istrument li jista' jiġi impjantant jintreħa kif
suppost, dawwar l-istrument 1/8 ta' dawra lejn ix-xellug.
• Infezzjoni
• Infart mijokardjali
• Perforazzjoni
• Telf tal-polz periferali
• Puplesija
• Trombożi
• Attakk iskemiku li jgħaddi malajr (TIA)
• Ħsara fil-valv
• Ferita tal-lok ta' l-aċċess vaskulari
• Okklużjoni vaskulari
• Ħsara fil-vini/arterji
L-istrument hu ħieles mil-latex
Numru ta' strumenti fil-pakkett
50