AMPLATZER
®
TorqVue
Struzzjonijiet għall-Użu
Deskrizzjoni ta' l-Istrument
AMPLATZER TorqVue LP Sistema tal-Forniment tikkonsisti f'kateter tal-forniment, strument li
jikkarga, valv ta' l-emostasi, morsa tal-plastik u wajer tal-forniment. Is-sistema tal-forniment kienet
iddisinjata speċifikament biex tiffaċilita t-twaħħil, l-ikkargar, il-forniment u t-tqegħid fil-post ta'
strumenti AMPLATZER speċifiċi li jistgħu jiġu impjantati. Il-kateter tal-forniment hu radjuopak
għall-viżibilità meta tuża l-fluworoskopija. Is-sistema tal-forniment tal-kateter tikkonsisti
mill-komponentili ġejjin:
A. Wajer tal-forniment – jippermetti t-tqegħid fil-post ta' l-istrument li jista' jiġi impjantant, u l-qbid
mill-ġdid tiegħu
B. Valv ta' l-emostasi – adapter b'tubu ta' l-estensjoni u stopcock
C. Morsa tal-plastik – tista' titwaħħal mal-wajer tal-forniment, u sservi bħala "manku" biex
tiskonnettja (tħoll) il-wajer tal-forniment minn ma' l-istrument li jista' jiġi impjantat
D. Strument li Jikkarga – użat biex idaħħal l-istrument li jista' jiġi impjantat ġo l-għant tal-forniment
E. Kateter tal-forniment – kateter użat biex iwassal l-istrument f'postu
A
C
Figura 1. Komponenti ta' l-AMPLATZER TorqVue LP Sistema tal-Forniment
Użu Intenzjonat
AMPLATZER TorqVue LP Sistema tal-Forniment hi intenzjonata biex tiffaċilita t-twaħħil, l-ikkargar,
il-forniment u t-tqegħid fil-post ta' l-istrumenti AMPLATZER.
Indikazzjonijiet għall-Użu
AMPLATZER TorqVue LP Sistema tal-Forniment hi indikata għall-użu minn kardjoloġisti li jagħmlu
intervent biex jitpoġġa strument AMPLATZER.
Kontra-indikazzjonijiet
Xejn
Twissijiet
• Tużax l-istrument jekk l-ostaklu sterili ikun miftuħ jew ikun fih il-ħsara.
Prekawzjonijiet
• Is-sistema tal-forniment ma kinitx ittestjata ma' strumenti oħrajn ħlief dawk ta' AMPLATZER.
Jekk is-sistema tal-forniment tintuża ma' strumenti inkompatibbli, l-utent jista' ma jkunx kapaċi
li jforni l-istrument transvenuż, jew l-istrument transvenuż jista' jiġrilu l-ħsara waqt il-forniment.
• Jintuża darba biss. Terġax tużah jew tisterilizzah mill-ġdid.
• Aħżen f'post xott.
• Uża qabel id-data ta' skadenza li hemm miktuba fuq l-ippakkjar tal-prodott.
• Uża wajer gwida ta' 0.089 ċm (0.035 pulzieri) meta twettaq aċċess fid-difett.
• Uża l-valv ta' l-emostasi biex timpedixxi l-fluss lura tad-demm matul il-proċedura ta' l-impjant.
• Uża s-side-port fuq il-valv ta' l-emostasi biex tlaħlaħ il-kateter tal-forniment b'soluzzjoni salina
sterili biex tneħħi l-arja kollha qabel l-użu.
• Tużax siringa tat-tip power injection biex tinjetta s-soluzzjoni tal-kuntrast.
®
LP Sistema tal-Forniment
D
B
E
49