Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Mt - Gwida Għall-Utent - Barbecook JOYA Benutzerhandbuch

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für JOYA:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 11
MT - GWIDA GĦALL-UTENT
1.
IRREĠISTRA L-APPARAT TIEGĦEK
Grazzi talli xtrajt barbecue Barbecook. Nisperaw li tieħu pjaċir
tużah u tgawdih għal ħafna żmien! Tista' tottimizza l-esperjenza
tiegħek billi tirreġistra l-barbecue tiegħek online biex tieħu
vantaġġ mill-ħafna benefiċċji.
- Tikseb aċċess għall-gwida tal-utent sħiħa online, sabiex tkun
tista' ssir taf dak kollu li hemm x'titgħallem dwar l-apparat
tiegħek
- Aħna nipprovdulek servizz ta' wara l-bejgħ personalizzat, li
jfisser li tista' ssib u tordna spare parts malajr u faċilment.
Dan jippermettilek li tieħu l-aħjar li tista' mis-servizz tal-
garanzija.
- Tinżamm infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott.
- Tieħu ħafna pariri u suġġerimenti ġodda.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-
apparat tiegħek, żur www.barbecook.com.
Barbecook jirrispetta l-privatezza tiegħek. Id-data
tiegħek qatt m'hi se tinbiegħ, titqassam jew tinqasam
ma' partijiet terzi.
2.
DWAR DIN IL-GWIDA
Din il-gwida tikkonsisti f'żewġ partijiet. Il-Parti 1 fiha
struzzjonijiet ġenerali dwar l-immuntar, l-użu, il-manutenzjoni u
l-garanzija.
Il-Parti 2 (p. 56) fiha illustrazzjonijiet, listi ta' partijiet, u
tpinġijiet tal-assemblaġġ.
Jekk ikun hemm illustrazzjoni li tikkorrispondi ma'
struzzjoni speċifika fil-manwal, issirlek referenza għaliha
b'din il-pittogramma ta' lapes.
3.
STRUZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ
Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża l-apparat. Dejjem segwi
l-istruzzjonijiet b'attenzjoni. L-immuntar jew l-użu tal-apparat
b'mod li ma jaqbilx mal-istruzzjonijiet jista' jirriżulta f'nar u ħsara
materjali.
Ħsara kkawżata jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet
(assemblaġġ mhux korrett, użu ħażin, manutenzjoni
ħażina eċċ.) mhix koperta mill-garanzija.
• TWISSIJA! Żomm lit-tfal u lill-annimali domestiċi 'l bogħod
mill-barbecue.
• TWISSIJA! Dan il-barbecue jiġi jaħraq ħafna, tippruvax
iċċaqlaqu meta jkun qed jintuża.
• Uża protezzjoni xierqa meta jkollok bżonn tmiss partijiet
jaħarqu.
• Żomm materjali li jaqbdu, likwidi li jaqbdu u oġġetti li jinħallu
f'distanza sigura mill-apparat meta jkun qed jintuża.
• TWISSIJA! Tużax alkoħol snaturat, petrol jew likwidi oħra
li jaqbdu biex tixgħel jew terġa' tixgħel l-apparat! Għandek
tuża biss firelighters li jikkonformaw ma' EN 1860-3!
• TWISSIJA! Tibdiex il-barbecue qabel ma l-faħam tal-kannol
ikun żviluppa saff ta' rmied. Dan ġeneralment jieħu madwar
15-il minuta.
• Tħallix il-barbecue waħdu meta tkun qed tużah.
• Żomm barmil ilma jew ramel fil-viċin meta tuża l-apparat,
speċjalment fi ġranet sħan ħafna u f'ambjenti niexfa.
• Tużahx ġewwa! Uża l-apparat barra biss. Jekk tuża
l-apparat ġewwa, anki f'garaxx, spazju magħluq jew kamra
(shed), tirriskja avvelenament bil-monossidu tal-karbonju.
Ikkunsidra dan li ġej meta tagħżel post:
• Poġġi l-apparat mill-inqas tliet metri 'l bogħod mill-bini f'post
miftuħ u ventilat tajjeb.
• Tpoġġix il-barbecue taħt struttura li tgħattih minn fuq
(veranda, xi kenn, eċċ.) jew taħt xi weraq.
• Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli.
• Tpoġġix l-apparat fuq vettura li tiċċaqlaq (dgħajsa, karru,
eċċ.).
44
4.
L-IMMUNTAR TAL-APPARAT
4.1. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• Neħħi l-imballaġġ kollu.
• M'għandekx tagħmel modifiki fl-apparat meta timmuntah.
M'għandekx tagħmel tibdil f'xi waħda mill-partijiet tal-
apparat; dan huwa perikoluż ħafna.
• Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tal-immuntar bir-reqqa.
• L-utent huwa responsabbli għall-immuntar tajjeb tal-apparat.
Ħsara kkawżata minn immuntar mhux korrett mhix koperta
mill-garanzija.
4.2. Biex timmonta l-apparat
1. Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli qabel l-użu.
2. Arma l-apparat kif muri fuq it-tpinġijiet tal-immuntar.
Tista' ssib it-tpinġijiet tal-immuntar fit-tieni parti ta' din
il-gwida (p. 58), wara d-dijagramma kompożittiva tat-
tagħmir tiegħek.
5.
TĦEJJIJA TAL-APPARAT GĦALL-UŻU
Għandek bżonn ilma, faħam tal-kannol, briquettes jekk mixtieq,
kubi tal-firelighters jew lixka tan-nar, u sulfarina twila.
5.1. Liema tip ta' faħam tal-kannol għandi nuża?
Dejjem ixgħel l-apparat tiegħek bil-faħam tal-kannol
tradizzjonali, qatt bil-briquettes. Meta l-apparat tiegħek
jinxtegħel, tista' żżid il-briquettes. Uża faħam tal-kannol ta'
kwalità tajba biex tixgħel l-apparat, preferibbilment faħam tal-
kannol li jikkonforma ma' EN 1860-2.
Agħlaq il-borża tal-faħam tal-kannol sewwa qabel
taħżinha. Dejjem aħżen il-faħam tal-kannol f'post xott,
taħżinx il-faħam tal-kannol f'kantina (basement).
Massimu ta' 50% (ara l-ħarsa ġenerali hawn taħt) tar-
reċipjent jista' jimtela bil-faħam tal-kannol. Mili żejjed
tar-reċipjent jista' jikkawża ħsara serja lill-barbecue
tiegħek minħabba s-sħana estrema.
Tqabbadx injam fil-barbecue tiegħek għax it-
temperatura togħla wisq u tagħmel ħsara lill-barbecue
tiegħek.
5.2. Tħejjija.
1. Ipproteġi l-mejda tiegħek.
2. Poġġi r-reċipjent taċ-ċeramika tiegħek fuq il-mejda u ferra'
massimu ta' 0.5L ilma. (Fig. 1)
3. Poġġi r-reċipjent ta' ġewwa tal-azzar inossidabbli fir-reċipjent
taċ-ċeramika. (Fig. 2)
5.3. Kif tixgħel l-apparat.
1. Għatti l-qiegħ tar-reċipjent ta' ġewwa tal-azzar inossidabbli
bil-faħam tal-kannol. (Fig. 3)
- Tużax wisq faħam tal-kannol meta tixgħel il-barbecue.
- Tista' żżid biċċiet tal-faħam jew briquettes aktar tard.
2. Poġġi l-kubi tal-firelighter jew il-lixka tan-nar bejn il-biċċiet tal-
faħam tal-kannol u ixgħelhom b'sulfarina twila. (Fig. 4)
3. Stenna 15-il minuta sakemm jifforma saff ta' rmied abjad fuq
il-faħam tal-kannol. (Fil-każ tal-briquettes hemm bżonn ta'
iktar ħin, madwar 30 minuta).
L-ewwel darba li tuża l-apparat, trid tħallih jaqbad għal
30 minuta. Dan ineħħi kwalunkwe grass tal-manifattura
li jifdal mill-apparat.
Tpoġġix il-gradilja fuq l-apparat għalissa. Gradilja vojta
tista' titgħawweġ meta tinżamm fuq is-sħana għal ħin
twil wisq.
www.barbecook.com
Tip
Piż massimu
Joya
Massimu ta' 0.3kg
faħam tal-kannol jew
9 briquettes

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Bc-cha-1066

Inhaltsverzeichnis