Tip ta' protezzjoni IP6x
PRUDENZA
Korriment ta' nies jew ħsara lill-proprjetà jekk is-siġilli huma danneġġati
Meta l-installazzjoni titwettaq kif suppost, it-tagħmir tal-panels ikollu grad ta' protezzjoni IP6x fuq quddiem biss waqt li t-
tagħmir PRO fuq in-naħat kollha. Jekk is-siġilli tat-tagħmir jiġu danneġġati, pereżempju, waqt ix-xogħol ta' manutenzjoni,
jistgħu jippenetraw l-umdità jew xi likwidi oħra fit-tagħmir, fl-ilqugħ protettiv jew fil-kabinett. Dawn jistgħu jwasslu għal
korriment ta' nies jew ħsara lill-proprjetà minn xortjar jew xokk elettriku.
Iċċekkja li t-tagħmir u s-siġilli tiegħu huma intatti qabel l-assemblaġġ. Waqt ix-xogħol ta' assemblaġġ u manutenzjoni, iżgura
li ma tikkawżax danni fis-siġilli tat-tagħmir.
Displej u touchscreen
PRUDENZA
Korriment ta' nies jew ħsara lill-proprjetà jekk it-touchscreen ikun bil-ħsara
L-immaniġġjar skorrett, bħall-applikazzjoni ta' forza qawwija jew l-użu ta' oġġetti li jaqtgħu jew bil-ponta, jista' jikkawża
ħsara fit-touchscreen tat-tagħmir. Touchscreen bil-ħsara jista' jwassal għal kollox, minn ħsarat fis-sistema għal korriment ta'
nies.
Osserva l-informazzjoni dwar l-immaniġġjar xieraq tat-touchscreen fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171) tiegħu. Ibdel it-tagħmir b'touchscreen difettuż
immedjatament.
Tindif
Dejjem itfi t-tagħmir qabel ma tnaddfu.
Naddaf it-tagħmir b'ċarruta niedja u iżgura li l-ebda ilma ma jippenetra fl-apparat. Osserva l-informazzjoni dwar ir-reżistenza
kimika tat-tagħmir fuq Reżistenza kimika tal-pannelli tat-tħaddim u Industry PCs
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/39718396) u l-informazzjoni addizzjonali fl-istruzzjonijiet dwar it-
tħaddim (https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171)
Manutenzjoni u tiswijiet
Il-prodott m'għandux bżonn manutenzjoni. Il-prodott jista' jissewwa mill-manifattur biss. Osserva l-informazzjoni fl-
istruzzjonijiet dwar it-tħaddim (https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171).
Riċiklaġġ u rimi
Biex it-tagħmir antik tiegħek jintrema u jiġi rriċiklat b'mod li jirrispetta l-ambjent, ikkuntattja kumpanija ċertifikata li
tamministra l-iskart elettroniku mormi. Armi l-prodott skont ir-regolamenti li japplikaw f'pajjiżek.
Aċċessorji
L-informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati tinsab fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171)
Noti speċifiċi għall-pajjiż
AVVIŻ
Kejbil tal-konnessjoni meħtieġ skont ir-regolamenti ta' sigurtà
Jekk tuża kejbil tal-konnessjoni AC jew DC li ma jikkonformax mar-regolamenti tas' sigurtà lokali, hemm riskju ta' nar u xokk
elettriku. Dan jista' jirriżulta f'korriment ta' nies jew ħsara lill-proprjetà.
•
Iżgura li l-kejbils ta' konnessjoni mal-AC jew DC jikkonformaw mar-regolamenti tas-sigurtà tal-pajjiż li fih it-tagħmir huwa
installat u li jkollhom il-marki meħtieġa.
•
Qabbad il-konduttur protettiv tal-ert skont l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim.
SIMATIC Box PC, SIMATIC Panel PC u SIMATIC Rack PC
A5E52123775-AA, 11/2022
91