Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Siemens SIMATIC Rack PCs Kurzanleitung Seite 89

Inhaltsverzeichnis
Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 4
Użu maħsub
Osserva l-kundizzjonijiet ambjentali għat-tħaddim kif maħsub, kif deskritt fil-kapitolu "Informazzjoni teknika" tal-istruzzjonijiet
dwar it-tħaddim tat-tagħmir.
TWISSIJA
Użu tas-SIMATIC Industry PCs
F'ċerti pożizzjonijiet ta' installazzjoni jew f'temperaturi ambjentali għoljin, jista' jkun hemm bżonn li jiġu osservati rekwiżiti
addizzjonali għall-post tal-installazzjoni; ara l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171).
Box u Panel PCs fil-kamp tal-applikazzjoni tal-UL508 jew IEC/EN/UL61010-2-201
Fil-kamp tal-applikazzjoni tal-UL508 hemm xi tagħmir ikklassifikat bħala "Open Type". Għall-approvazzjoni u t-tħaddim skont
UL508 jew IEC/EN/UL61010-2-201 huwa meħtieġ li t-tagħmir jiġi installat fi lqugħ protettiv konformi mal-UL508 jew
IEC/EN/UL61010-2-201.
Tista' ssib id-dettalji fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim (https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171).
Nota
Istruzzjonijiet għall-assemblaġġ tal-kabinett tal-kontroll
Biex it-tagħmir jitħaddem kif suppost u b'mod sigur f'kabinett tal-kontroll, l-assemblaġġ u l-installazzjoni għandhom jitwettqu
b'mod xieraq bl-użu ta' materjal tal-installazzjoni rrakkomandat jew approvat minn Siemens. Il-kundizzjonijiet ambjentali
permissibbli għandhom jiġu osservati. In-noti fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim tat-tagħmir għandhom jiġu osservati.
A) Temperatura operattiva elevata – meta t-tagħmir ikun ġie installat f'unità ta' kabinett tal-kontroll magħluqa jew b'aktar
minn tagħmir wieħed fiha, it-temperatura ambjentali operattiva fl-ambjent tal-kabinett tal-kontroll tista' tkun ogħla mit-
temperatura tal-kamra. Għalhekk, għandha titqies installazzjoni tat-tagħmir f'ambjent li huwa kompatibbli mat-temperatura
ambjentali massima li jirrakkomanda l-manifattur.
B) Fluss ridott tal-arja – l-installazzjoni tat-tagħmir f'kabinett tal-kontroll għandha tkun tali li ma jiġix kompromess il-volum tal-
fluss tal-arja meħtieġ għat-tħaddim sigur tat-tagħmir.
C) Tagħbija mekkanika – l-unitajiet tat-tagħmir għandhom jiġu installati fil-kabinett tal-kontroll b'tali mod li ma jinqalgħu l-
ebda sitwazzjonijiet perikolużi akkawża ta' tagħbijiet mekkaniċi irregolari.
D) Tagħbijiet żejda fiċ-ċirkwiti – meta tqabbad it-tagħmir mas-sors tal-elettriku, ikkunsidra l-effetti ta' tagħbija żejda fiċ-
ċirkwiti fuq il-protezzjoni kontra l-kurrent żejjed u l-linji tal-provvista tal-elettriku. Il-valuri nominali speċifikati fuq il-pjanċa tat-
tip tat-tagħmir għandhom jitqiesu kif xieraq.
E) Ertjar affidabbli – għandu jiġi garantit li t-tagħmir fil-kabinett tal-kontroll ikun ertjat b'mod affidabbli. Dejjem osserva n-noti
fit-taqsima "Konnessjoni tal-konduttur protettiv tal-ert" fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim tat-tagħmir. Hawnhekk għandha
tingħata attenzjoni partikolari għall-konnessjonijiet tal-provvista oħra apparti l-konnessjonijiet diretti mal-fergħa taċ-ċirkwit
(eż. strixxi bis-sokits).
AVVIŻ
Periklu minn vultaġġ/kurrent
Wettaq biss xogħol ta' assemblaġġ u żarmar fuq it-tagħmir de-enerġizzat.
It-tagħmir bi klassi ta' protezzjoni IP20 għandu jiġi integrat fi lqugħ protettiv jew f'kabinett bi klassi ta' protezzjoni suffiċjenti
għall-periklu fil-post tal-użu.
AVVIŻ
Konnessjoni tal-provvista tal-elettriku
Il-provvista tal-elettriku għandha titqabbad biss minn speċjalisti kwalifikati u awtorizzati. Osserva speċjalment l-
informazzjoni fuq il-pjanċa tat-tip tat-tagħmir u fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171) tiegħu.
Il-provvista tal-elettriku għandha titqabbad mill-operatur/utent skont ir-regolamenti nazzjonali dwar l-installazzjoni.
Segwi n-noti u t-twissijiet għall-konnessjoni tal-provvista tal-elettriku fl-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171).
88
SIMATIC Box PC, SIMATIC Panel PC u SIMATIC Rack PC
A5E52123775-AA, 11/2022
Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Simatic box pcsSimatic panel pcs

Inhaltsverzeichnis