SIMATIC IPC
Industry PCs
SIMATIC Box PC, SIMATIC Panel PC u SIMATIC Rack PC
Struzzjonijiet Kompatti għat-Tħaddim
Struzzjonijiet oriġinali
Malti
1
Noti għas-sigurtà u l-ikkummissjonar
Dan il-manwal dwar it-tħaddim kompatt fih l-avviżi għas-sigurtà u l-istruzzjonijiet għall-ikkummissjonar l-aktar importanti
għat-tagħmir tiegħek. Għal gwida qasira dwar kif tinstalla u tikkonnettja t-tagħmir, ara l-Quick Install Guide.
Nota
Osserva l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim u l-Quick Install Guide qabel ma tinstalla u tikkonnettja t-tagħmir.
Dokumentazzjoni
L-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim, il-Quick Install Guides u l-informazzjoni dwar il-prodott tas-SIMATIC Industry PCs jinsabu
fl-Internet, fl-indirizz li ġej:
•
https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109744171
(https://support.industry.siemens.com/cs/de/en/view/109744171)
Firmwer
Il-verżjonijiet l-aktar reċenti tal-firmwer għas-SIMATIC Industry PCs jinsabu fl-Internet, fl-indirizz li ġej:
•
https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109763408
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109763408)
Spakkja u ċċekkja l-kunsinna
1. Meta tirċievi l-kunsinna, iċċekkja l-imballaġġ u l-kontenut tal-kaxxa għal ħsara evidenti li tkun seħħet waqt it-trasport.
2. Jekk tkun seħħet xi ħsara waqt it-trasport, ilmenta dwar il-kunsinna lit-trasportatur responsabbli. Saqsi immedjatament lit-
trasportatur biex jikkonferma l-ħsara li tkun seħħet waqt it-trasport.
3. Erfa' l-ippakkjar oriġinali għat-trasport mill-ġdid.
4. Jekk il-kontenut fl-ippakkjar ma jkunx komplut, bil-ħsara, jew ma jaqbilx ma' dak li ordnajt, tista' tuża l-After Sales Information
System (ASIS) (http://siemens.com/asis) biex tipprovdi feedback dwar il-kunsinni u t-tiswijiet tal-prodotti.
Imla l-formola dwar il-kunsinna tal-prodott onlajn (notifikazzjoni għall-kontroll tal-kwalità) taħt l-intestatura "Kunsinna tal-
Prodott: Feedback Dwar il-Kontroll tal-Kwalità u t-Tiswijiet".
AVVIŻ
Riskju ta' xokk elettriku u nar jekk it-tagħmir ikun bil-ħsara
Jekk it-tagħmir ikun bil-ħsara, jista' jgħaddi minnu vultaġġ perikoluż u jikkawża nar fil-magna jew fis-sistema. It-tagħmir
bil-ħsara jkollu karatteristiċi u stati imprevedibbli. Dan jista' jirriżulta f'korriment ta' nies jew ħsara lill-proprjetà.
•
Ipprevjeni l-installazzjoni u l-ikkummissjonar ta' tagħmir bil-ħsara.
•
Immarka t-tagħmir bil-ħsara u żommu x'imkien imsakkar. Ibgħat it-tagħmir għat-tiswija immedjatament.
5. Meta taħżen it-tagħmir, innota dan li ġej:
Aħżen it-tagħmir f'post xott.
–
Stenna sakemm it-tagħmir ikun laħaq it-temperatura tal-kamra qabel tużah.
–
Tesponix it-tagħmir għal radjazzjoni diretta tas-sħana minn ħiter.
–
Jekk tifforma xi kondensazzjoni, ixgħel lit-tagħmir biss wara li jkun nixef kompletament jew wara li tistenna madwar
–
12-il siegħa.
6. Erfa' wkoll id-dokumenti pprovduti. Dawn jifformaw parti mit-tagħmir. Meta tuża t-tagħmir għall-ewwel darba, ikollok bżonn
id-dokumenti.
7. Ħu nota tad-dejta ta' identifikazzjoni tat-tagħmir.
© Siemens AG 2022. Id-drittijiet kollha riżervati
A5E52123775-AA, 11/2022
87