Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Renishaw REVO-2 Benutzerhandbuch Seite 109

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für REVO-2:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 53
REVO-2 Benutzerhandbuch
www.renishaw.de
Laser output
Output massimu: < 5 mW
Tul tal‐pulse: mewġa kontinwa
Tul tal‐mewġa: 670 nm
Diverġenza tar‐raġġ: 2 mrad
Il‐korpi tal‐RSP2 u SFP1 fihom sorsi tal‐laser embedded ta' Klassi 3B, u m'għandhomx jintużaw f'każ ta' ħsara serja lil, jew il‐qsim ta'
kwalunkwe parti tal‐prodott. F'każijiet bħal dawn, skonnettja IMMEDJATAMENT is‐sors tal‐provvista tad‐dawl, neħħi u tippruvax terġa' tuża l‐
partijiet. Ikkuntattja lill‐fornitur tiegħek għal parir.
Taħt kundizzjonijiet ta' operat normali, ir‐raġġ tal‐laser ikun totalment magħluq fil‐probe body u l‐istylus holder body, u ma jkunx aċċessibbli
għall‐utent. Jekk tneħħi l‐istylus holder, tkun qed taqta' żewġ settijiet ta' kuntatti tas‐swiċċ interlock, indikati bħala †, biex awtomatikament titfi
l‐provvista tad‐dawl tal‐laser u tevita espożizzjoni għar‐raġġ.
F'intervalli adattati, il‐kuntatti tal‐interlock għandhom jiġu eżaminati u ċċekkjati biex jiġi żgurat li jkunu nodfa u ma jkunx fihom
kontaminazzjoni li tkun ġiet mill‐arja, bħal trab, partikuli żgħar jew frak żgħir tal‐ħadid. F'ċirkustanzi mhux mistennija, kontaminazzjoni bħal
din tista' tikkawża short circuit tal‐pins u għaldaqstant iżżid ir‐riskju li enerġija elettrika tintbagħat lil‐laser, mingħajr ma jkun hemm l‐istylus
holder imwaħħal. M'għandek qatt tikkonnettja oġġetti li jikkonduċu ma', jew bejn, il‐kuntatti. Segwi l‐istruzzjonijiet dwar it‐tindif fit‐taqsima
tal-manutenzjoni.
Qabel ma teżaminahom, dejjem neħħi l‐RSP2 jew SFP1 minn mar‐ras. M'għandek qatt tħares direttament fl‐apertura tal‐laser, indikata bħala
‡, waqt li l‐korp tal‐RSP2 jew SFP1 ikun għadu kkonnettjat mal‐probe head.
Fil‐każ, li x'aktarx ma jseħħx, li l‐istylus holder stem jinkiser mingħajr ma l‐konnessjoni interlocked bejn il‐probe u l‐istylus holder tinqala'
minn postha, hemm riskju żgħir ta' espożizzjoni għal dawl tal‐laser ta' Klassi 3R mill‐aperture iż‐żgħira tal‐istylus stem miksur. Il‐ħars dirett
jista' jikkawża ħsara permanenti lill‐vista u għandu jkun evitat. Jekk iseħħ xi tkissir, wieħed m'għandux iħares direttament lejn kwalunkwe
dawl tal‐laser li joħroġ jew li jkun rifless, u għandu jagħfas il‐buttuna tal‐waqfien ta' emerġenza fuq il‐unit ta' kontroll manwali biex jevita
moviment mhux mistenni. Imbagħad neħħi manwalment il‐probe u l‐istylus holder minn mar‐ras REVO‐2. Ġaladarba dan isir, il‐magna
għandha titneħħa manwalment u titpoġġa 'l bogħod mill‐parti, u l‐ħsara għandha tiġi evalwata. Taħt l‐ebda ċirkustanza m'għandu jkun hemm
l‐ebda attentat biex l‐istylus holder jissewwa jew jintuża mill‐ġdid. Ikkuntattja lill‐fornitur tiegħek għal parir.
Emissjonijiet tal-laser RSP2 V2 ta' Klassi 1
Ir‐referenzi jirreferu għal karatteristiċi indikati bħala ‡ fl‐istampi hawn taħt. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li tifhem l‐istruzzjonijiet kollha dwar
is‐sigurtà. Hu rakkomandat li wieħed ikun familjari mal‐komponenti tas‐sistema REVO‐2.
Illustrazzjoni dwar is‐sigurtà ta' RSP2 V2 ta' Klassi 1
Din il‐verżjoni ta' RSP2 ġiet ikklassifikata bħala prodott tal‐laser ta' Klassi 1 skont EN 60825‐1:2014.
Veröffentlicht 05 2020
109

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis