Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Prekawzjonijiet Fundamentali Ta' Sigurtà - MTD GCS 50 Bedienungsanleitung

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 26
MT
1. INTRODUZZJONI
Il-LUPA tiegħek inbniet f'konformità mar-regoli
ta' sigurtà fis-seħħ li jħarsu l-konsumatur.
F'dan il-manwal għandek issib deskrizzjoni u
illustrazzjonijiet tas-sigurtà, l-armar, l-użu u l-in-
terventi ta' manutenzjoni meħtieġa biex il-LUPA
tiegħek tibqa' effiċjenti.
G ALL- EFFA TAL-QARI
L-illustrazzjonijiet li jikkorrispondu mal-armar u
mad-deskrizzjoni tal-magna jinsabu fil-bidu ta'
dan il-ktejjeb.
Ikkonsulta dawn il-paġni waqt il-qari tal-istruz-
zjonijiet dwar l-armar u l-użu.
Fil-każ li l-LUPA tiegħek jeħtiġilha assistenza
jew tiswija, nitolbuk tikkuntattja lill-aġent tagħna
jew ċentru ta' assistenza awtorizzat.
2. PREKAWZJONIJIET FUNDAMEN-
TALI TA' SIGURTÀ
REGOLAMENTI ENERALI TA'
SIGURTÀ
IL-PITTOGRAMMI RAPPRE ENTATI
FUQ IL-MAGNA HUMA SPJEGATI
F'DAN IL-MANWAL TA' TWISSIJA:
A1 - In-nuqqas ta' osservanza tar-
regoli u t-twissijiet fl-użu tal-LUPA jista'
jikkawża danni serji lill-persuni kif ukoll
perikli mortali.
A2 - Kull min juża jew b'xi mod jixgħel
il-LUPA l-ewwel irid jaqra sew il-man-
wal tal-istruzzjonijiet u manutenzjoni u
jsir midħla tal-kmandi biex juża tajjeb
it-tagħmir.
A2.1 - Żomm dan il-manwal biex tkun
tista' tikkonsultah fil-futur.
A3 - Qatt m'għandek tippermetti li l-
LUPA tintuża minn tfal jew minn per-
suni li m'għandhomx għarfien sħiħ ta'
dawn l-istruzzjonijiet.
310
STRUZZJONI MANWAL LUPA
PERIKLU:
A4 - Tixgħelx u tużax it-tagħmir qrib
persuni (speċjalment tfal) jew annimali.
Matul it-tħaddim għandha tinżamm dis-
tanza minima ta' 10 m bejn il-magna u
persuni oħra.
A5 - Għandha tingħata attenzjoni kbira
għal perikli possibbli li ma jistgħux
jinstemgħu minħabba l-istorbju tat-
tagħmir.
A6 - Elimina kull periklu miz-zona tal-
ħidma u ara li ma jkunx hemm perikli
bħal siġar f'pożizzjonijiet perikolużi, to-
roq, ferroviji, wajers tal-elettriku.
A7 - L-operatur huwa responsab-
bli f'każijiet ta' inċidenti jew perikli
kkaġunati lil persuni oħra jew lill-prop-
jetà tagħhom.
A8 - Din il-LUPA għandha tintuża biss
għall-qtugħ tal-injam.
M'għandhiex tintuża għal skopijiet
oħra.
A9 - Ilbes ilbies u tagħmir ta' sigurtà
adattat għall-użu tal-LUPA.
Matul l-użu ilbes ilbies issikkat u mhux
wiesa'. Tilbisx oġġetti li jistgħu jinqabdu
mal-partijiet li jkunu qed jiċċaqalqu.
A10 - Ilbes nuċċali ta' protezzjoni jew
gogils approvati.
A10.1 - Ilbes protezzjoni għall-widnejn
minħabba l-ħsejjes, approvata.
A10.2 - Ilbes elmu ta' protezzjoni ap-
provat f'każ ta' riskju minn oġġetti li
jaqgħu.
A11 - Ilbes żarbun ta' sigurtà approvat
b'qiegħ ma jiżloqx.
A12 - Ilbes ingwanti ta' sigurtà appro-
vati.
A13 - Min juża l-LUPA jrid ikun
f'kundizzjoni psikofiżika tajba. TU AX
it-tagħmir jekk inti għajjien, tħossok ma
tiflaħx jew inti taħt l-effett ta' mediċini li
jnaqqsu l-ħeffa tar-riflessi, ta' alkoħol u
ta' drogi.

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Verwandte Produkte für MTD GCS 50

Inhaltsverzeichnis