Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Panasonic CF-19 Serie Read-Me-First-Dokument Seite 132

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für CF-19 Serie:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Aqrani L-Ewwel
Prekawzjonijiet (Pakkett tal-Batterija)
Tużahx Ma' Ebda Prodott Ieħor
Il-pakkett tal-batterija jista' jerġa' jiġi ċċarġjat u kien maħsub
għall-prodott speċi kat. Jekk jintuża ma' prodott għajr dak
li għalih ġie ddisinjat, jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte,
ġenerazzjoni ta' sħana, ħruq jew qsim.
Tiċċarġjax il-Batterija Billi Tuża Metodi Oħrajn Mhux
Speċi kati
Jekk il-batterija ma tiġix iċċarġjata billi jintuża wieħed
mill-metodi speċi kati, jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte,
ġenerazzjoni ta' sħana, ħruq jew qsim.
Tarmix il-Pakkett tal-Batterija f'Nar u Lanqas Ma
Għandek Tesponih għal Sħana Eċċessiva
F'każ li jseħħ dan tista' tiġi ġġenerata sħana, jew ikun hemm
ħruq jew qsim.
Evita Sħana Estrema (Qrib ta' Nar, Xemx Diretta, per
Eżempju)
Jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte, ġenerazzjoni ta'
sħana, ħruq jew qsim.
Iddaħħalx Oġġetti bil-Ponta  l-Pakkett tal-Batterija,
Tesponihx għal Daqqiet jew Waqat, Iżżarmawx, jew
Timmodi kahx
Jista' jkun hemm nixxija ta' electrolyte, ġenerazzjoni ta'
sħana, ħruq jew qsim.
Tixxortjax il-Kuntatt Pożittiv (+) man-Negattiv (-)
F'każ li jseħħ dan tista' tiġi ġġenerata sħana, jew ikun hemm
ħruq jew qsim. Tpoġġix il-pakkett tal-batterija ma' oġġetti
oħra bħal ġiżirajjen jew hairpins meta tkun qed iġġorru jew
taħżnu.
Tużax Dan il-Prodott b'Pakkett ta' Batterija Ieħor Jekk
Mhux Dak Speċi kat
Uża biss il-pakkett tal-batterija speċi kat (CF-VZSU48U)
mal-prodott tiegħek. L-użu ta' pakketti tal-batteriji jekk mhux
dawk iffabbrikati jew fornuti minn Panasonic jista' jippreżenta
riskju għas-sigurtà (ġenerazzjoni ta' sħana, ħruq jew qsim).
Tmissx it-terminals fuq il-pakkett tal-batterija. Il-pakkett
tal-batterija jista' ma jibqax jaħdem tajjeb jekk il-kuntatti
jkunu maħmuġin jew ikollhom ħsara.
Tesponix il-pakkett tal-batterija għall-ilma, u lanqas
m'għandek tħallih jixxarrab.
Jekk il-pakkett tal-batterija ma jintużax għal perjodu ta'
żmien twil (xahar jew aktar), iċċarġja jew battal (uża)
il-pakkett tal-batterija sakemm il-bqija tal-livell tal-batterija
jsir 30% għal 40% u aħżen f'post frisk u xott.
Dan il-kompjuter jimpedixxi ċċarġjar eċċessiv tal-batterija
billi jiċċarġja biss meta ċ-ċarġ  l-batterija tkun inqas minn
bejn wieħed u ieħor 95% tal-kapaċità.
Il-pakkett tal-batterija mhuwiex iċċarġjat meta l-kompjuter
jinxtara għall-ewwel darba. Agħmel żgur li tiċċarġjah
qabel tużah għall-ewwel darba. Meta l-adapter AC jkun
imqabbad mal-kompjuter, il-kompjuter jibda jiċċarġja
awtomatikament.
Jekk il-batterija tnixxi u l- uwidu jidħol f'għajnejk, togħrokx
għajnejk. Aħsel għajnejk minnu h b'ilma sa u ara tabib
għal kura medika kemm jista' jkun malajr.
NOTA
Il-pakkett tal-batterija jista' jisħon waqt li l-batterija tkun
qed tiċċarġja jew tintuża. Dan huwa normali.
Iċ-ċarġjar mill-ġdid ma jibdiex jekk it-temperatura
interna tal-pakkett tal-batterija tkun barra l-medda
tat-temperatura permessa (0 °C sa 50 °C).
(
Reference Manual "Battery Power") Ladarba
r-rekwiżit tal-medda permessibbli jiġi sodisfatt,
132
Downloaded from
www.Manualslib.com
manuals search engine
iċ-ċarġjar jibda awtomatikament. Innota li l-ħin biex
il-batterija tiċċarġja jvarja u dan jiddependi fuq
il-kundizzjonijiet t'użu. (Il-batterija tieħu iktar żmien
min-normal biex tiċċarġja jekk it-temperatura tkun
10 °C jew inqas.)
Jekk it-temperatura tkun baxxa, il-ħin ta' kemm iddum
taħdem jiqsar. Uża biss il-kompjuter  l-medda
tat-temperatura permessa.
Dan il-kompjuter għandu funzjoni li biha jista' jaħdem
f'temperaturi għoljin. Din il-funzjoni timpedixxi
d-degradazzjoni tal-batterija f'ambjenti b'temperatura
għolja. (
Reference Manual "Battery Power")
Livell li jikkorrespondi għal ċarġ ta' 100% għal funzjoni
ta' temperatura għolja huwa bejn wieħed u ieħor
ekwivalenti għal livell ta' ċarġ ta' 80% għal funzjoni
f'temperatura normali.
Il-pakkett tal-batterija huwa oġġett li jikkonsma ruħu.
Jekk l-ammont ta' żmien li  h jista' jitħaddem
il-kompjuter b'pakkett ta' batterija jsir ferm inqas u
ċċarġjar ripetut ma jerġax jagħmel il-prestazzjoni
tal-kompjuter kif kienet qabel, il-pakkett tal-batterija
għandu jiġi mibdul b'ieħor ġdid.
Meta ġġorr batterija spare f'pakkett, briefcase, eċċ.,
huwa rrikmandat li din titpoġġa f'borża tal-plastik
sabiex il-kuntatti tagħha jibqgħu protetti.
Dejjem it l-kompjuter minn mal-plakka meta ma jkunx
qiegħed jintuża. Jekk tħalli l-kompjuter mixgħul meta
l-adapter AC ma jkunx imqabbad, tbattal il-bqija
tal-kapaċità tal-batterija.

Quicklinks ausblenden:

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Cf-19h serie

Inhaltsverzeichnis