Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Panasonic CF-19 Serie Read-Me-First-Dokument Seite 131

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für CF-19 Serie:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Aqrani L-Ewwel
Jekk tkompli tuża wajer bi ħsara, dan jista' jikkawża nar,
short circuit, jew xokk elettriku.
Tiġbidx jew Iddaħħalx il-Plakka AC Jekk Idejk Ikunu
Mxarrbin
Tista' tieħu xokk elettriku.
Naddaf Trab u Għabra Oħra minn mal-Plakka AC
Regolarment
Jekk ikun hemm akkumulazzjoni ta' trab jew għabra fuq
il-plakka, umdità eċċ., dan jista' jikkawża difett  -iżolament, li
jista' jirriżulta f'nar.
Aqla' l-plakka, u imsaħha b'biċċa xotta.
Aqla' l-plakka jekk il-kompjuter ma jkunx qed jintuża għal
perjodu twil ta' żmien.
Daħħal il-Plakka AC Kollha
Jekk il-plakka ma tkunx imdaħħla kollha, jista' jiżviluppa nar
minħabba tisħin żejjed jew xokk elettriku.
Tużax plakka bi ħsara jew plakka AC laxka.
Agħlaq l-Għata tal-Connector Sewwa Meta Tuża Dan
il-Prodott Fejn Ikun Hemm Ħafna Ilma, Umdità, Fwar,
Trab, Fwar Żejtni, eċċ.
Id-dħul ta' xi materja barranija jista' jikkawża nar jew xokk
elettriku.
Jekk tidħol xi materja barranija, it minnu h u aqla'
l-plakka, u mbagħad neħħi l-pakkett tal-batterija.
Imbagħad, ikkuntattja lill-ufċċju ta' l-appoġġ tekniku
tiegħek.
Iżżarmax Dan il-Prodott
Hemm postijiet li  hom vultaġġi għoljin ġewwa li jistgħu
jagħtuk xokk elettriku jekk tmisshom. Tmissx pins u circuit
boards ġewwa, u tħallix oġġetti barranin jidħlu ġewwa.
Iffurmar differenti jew żarmar jista' wkoll iwassal għal nar.
Żomm SD Memory Cards 'L Bogħod minn Trabu u Tfal
Żgħar
Jekk jibilgħuhom tista' ssirilhom ħsara f'ġisimhom.
Fil-każ li jibilgħuhom b'mod aċċidentali, ara tabib minnu h.
Tpoġġix Dan il-Prodott fuq Uċuh Mhux Sodi
Jekk jintilef il-bilanċ, dan il-prodott jista' jaqa' u dan jista'
jkorri li xi ħadd.
Evita Li Tpoġġih Fuq Affarijiet Oħra
Jekk jintilef il-bilanċ, dan il-prodott jista' jaqa' u dan jista'
jkorri li xi ħadd.
Tħallix Dan il-Prodott f'Ambjent ta' Temperatura Għolja
bħal f'Karozza  x-Xemx, għal Perjodu ta' Żmien Twil
Jekk tħalli dan il-prodott f'post espost għal temperaturi
għoljin ferm bħal f'karozza  x-xemx jew f'post b'xemx diretta
fuqu, is-sħana tista' tis gura l-kabinett u/jew tikkawża ħsara
 l-partijiet interni. Użu kontinwu f'kundizzjoni tali, jista'
jirriżulta f'short-circuit jew f'difetti  -iżolament, eċċ. u dan
jista' jikkawża nar jew xokk elettriku.
Żomm il-Plakka Meta Tkun Qed Taqla' l-Plakka AC
Jekk tiġbed il-wajer, dan jista' jikkawża nar jew xokk elettriku.
Tressaqx Dan il-Prodott Waqt li l-Plakka AC Tkun
Għadha Mqabbda
Azzjoni bħal din tista' tikkawża ħsara għall-wajer AC u tista'
tikkawża nar jew xokk elettriku.
Jekk issir xi ħsara fuq il-wajer AC, neħħi l-plakka AC
minnu h.
Uża Biss l-Adapter AC Speċi kat Ma' Dan il-Prodott
Jekk tuża adapter AC li ma jkunx dak fornut (mal-prodott
tiegħek jew fornut minn Panasonic), dan jista' jirriżulta 
ħruq.
Tagħmilx l-Adapter AC Soġġett għal Daqqiet
B'Saħħithom
Jekk tuża adapter AC wara daqqa b'saħħitha bħal waqa',
dan jista' jirriżulta f'xokk elettriku, short circuit, jew nar.
Ieqaf għal 10-15-il Minuta Kull Siegħa
Jekk tuża dan il-prodott għal ħinijiet twal, dan jista' jkollu
effetti ħżiena fuq is-saħħa ta' għajnejk jew idejk.
Downloaded from
www.Manualslib.com
manuals search engine
Tgħollix il-Volum għal Għoli Ħafna Meta Tuża
l-Headphones
Jekk toqgħod tisma' f'volumi għoljin ħafna għal ħinijiet twal,
dan jista' jwassal għal nuqqas ta' smigħ.
Uża l-Modem ma' Linja tat-Telefon Regolari
Tqabbid ma' linja tat-telefon interna (swiċċijiet fuq il-post)
ta' kumpanija jew ufċċju kummerċjali, eċċ. jew ma' telefon
pubbliku diġitali jew użu f'pajjiż jew żona li l-kompjuter ma
jagħrafx, jista' jwassal għal ħruq jew xokk elettriku.
Tqabbadx Linja tat-Telefon, jew Kejbil tan-Netwerk Għajr
Dak Speċi kat,  l-Port tal-LAN
Jekk il-port tal-LAN ikun imqabbad ma' xi netwerk bħal xi
netwerk minn t'hawn taħt, dan jista' jwassal għal ħruq jew
xokk elettriku.
Netwerks għajr 1000BASE-T, 100BASE-TX jew 10BASE-T
Linji tat-telefon (linji tat-telefon, linji interni tat-telefon
(swiċċijiet fuq il-post), telefon pubbliċi diġitali, eċċ.)
Tużax Jekk Ikollok Tesponi l-Ġilda għal Dan il-Prodott
għal Perjodu ta' Żmien Twil
Jekk tuża dan il-prodott u tesponi l-ġilda tiegħek għas-sors
ta' sħana ta' dan il-prodott jew għall-adapter AC għal perjodu
ta' żmien twil, dan jista' jikkawża ħarqa f'temperatura baxxa.
Tpoġġix il-kompjuter viċin ta' televiżjoni jew riċevitur
tar-radju.
Żomm il-kompjuter 'il bogħod minn kalamiti. Dejta
maħżuna fuq il-hard disk tista' tintilef.
Kejbil ta' Interface
L-użu ta' kejbil ta' interface itwal minn 3 m m'huwiex rakko-
mandat.
131

Quicklinks ausblenden:

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Cf-19h serie

Inhaltsverzeichnis