Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Mt Struzzjonijiet Dwar L-Użu - Engelbert Strauss 2HR Gebrauchsanweisung

Kapsel-gehörschützer radio 2hr
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 5
MT
Struzzjonijiet dwar l-użu
Użu u kura tal-protettur tas-smigħ
Il-protetturi tas-smigħ kollha li jgħodd għalihom
dan il-manwal għall-użu huma mgħammra
b'sostenn għal fuq ir-ras jew tagħmir għall-iffissar
mal-elmi minn plastik termali jew inkella sostenn
għal fuq l-għonq minn azzar li ma jissasddadx u
ċrieki tas-siġillar minn materjal tal-fowm.
Aqra dan il-manwal għall-użu b'attenzjoni sabiex
tikseb l-aqwa użu mill-prodott engelbert strauss
tiegħek.
Użu
Għall-aħjar kumdità u iżolazzjoni ottimali tal-ħoss,
il-protettur tas-smigħ għandu jintuża u jinżamm
skont l-istruzzjonijiet li ġejjin.
– Il-kapsuli tal-protettur tas-smigħ u b'mod
speċjali ċ-ċrieki tas-siġillar jitgħerrew bl-użu.
Għalhekk l-iżolaturi tal-ħoss għandhom jiġu
spezzjonati b'mod regolari għal xedd u kedd, xquq
jew nuqqasijiet fis-siġillar. Iġbed u neħħi ċ-ċirku
tas-siġillar awtoadeżiv meta tissostitwixxi s-sett
iġjeniku. Neħħi l-folja protettiva taċ-ċirku tas-
siġillar, poġġi ċ-ċirku madwar il-ftuħ għall-widna
u agħfsu sew. Agħżel is-sett iġjeniku li jkun jaqbel
mal-prottettur tas-smigħ tiegħek. (nru. tal-oġġett
74.76.540/74.76.542) Is-sett iġjeniku għandu jin-
bidel mhux anqas minn darbtejn fis-sena.
– L-użu ta' assorbenti tal-għaraq/kisi iġjeniku
fuq iċ-ċrieki tas-siġillar jista' jikkomprometti
l-iżolażżjoni tal-ħoss tal-protettur tas-smigħ.
– Ċerti kimiċi jistgħu jikkawżaw ħsara fil-prodott.
Tista' ssib aktar informazzjoni dwar dan minn
għand il-manifattur.
Issettjar u maniġġjar
L-effett iżolanti tal-protettur tas-smigħ jista' jiġi
kompromess sostanzjalment minn, pereżempju,
widnejn tan-nuċċalijiet, brieret u oġġetti oħra.
Neħħi x-xagħar kollu minn taħt il-ċrieki tas-siġillar,
u ilbes il-kapsuli bit-tali mod li jpoġġu komdi u
jissiġillaw sew. Iżgura li widnejk jitgħattew kom-
pletament mill-kapsuli protettivi tas-smigħ u li l-
pressjoni madwar il-widnejn tkun uniformi.
54
Destar (ara l-figura 1)
Issettja l-protettur tas-smigħ fuq is-setting tal-
akbar daqs ta' ras u ilbsu. Issa issikka s-sostenn
ta' fuq ir-ras bit-tali mod li l-protettur imiss ħafif
ma' rasek.
Kura
Naddaf il-protettur tas-smigħ b'deterġent ħafif
(sapun). Iżgura li d-deterġent li tuża jkun kompat-
ibbli mal-ġilda. Erfa' l-protettur tas-smigħ f'post
niexef u nadif, pereżempju fl-ippakkjar oriġinali
tiegħu. M'għandek qatt tgħaddas il-prodott
fl-ilma!
Twissija
Jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet elenkati hawn
fuq, il-protettur tas-smigħ jista' jiġi kompromess
b'mod sinifikanti. Biex tilħaq effett protettiv kom-
plut, għandek tilbes protettur tas-smigħ mingħajr
interruzzjoni kull meta tieqaf f'post fejn ikun
hemm l-istorbju! L-effett protettiv ikun komplut
biss jekk jintlibes il-ħin kollu, mingħajr inter-
ruzzjoni.
Ittestjat u awtorizzat skont:
– id-Direttiva 89/686/KEE dwar it-TPP
– EN 352-1 (sostenn għal fuq ir-ras/sostenn għal
fuq l-għonq)
– EN 352-6 (Manxojiet għall-widnejn b'apparat ta'
komunikazzjoni)
– EN 352-8 (Manxojiet għall-widnejn bl-awdjo għal
għanijiet ta' divertiment)
Radju (ara l-figura 2a)
Il-protettur tas-smigħ għandu limitatur li jil-
limita l-livell tal-ħoss mal-widna sa massimu
ta' 82 dB(A). Is-smigħ tar-radju jista' jiddegrada
s-smugħija ta' sinjali ta' twissijiet fuq il-post tax-
xogħol.
On/Off Volum
– Dawwar ir-regolatur immarkat bl-ittra "a" biex
tixgħel ir-radju. Il-volum jogħla jekk tibqa' ddaw-
war lejn il-lemin.
– sabiex iżomm l'aqwa kwalità tat-ton, ir-radju
jaqleb awtomatikament minn sterjo għal mono
meta jkollu riċezzjoni ħażina.
Issettjar tal-frekwenza/ stazzjonijiet (ara l-figura 2b)
– Dawwar ir-regolatur immarkat bl-ittra "b" biex
tissettja l-istazzjon.
– Ir-radju jista' jaqbad stazzjonijiet tar-radju FM
bejn 88 u 108 MHz u AM 540-1700 KHz ("c")
Konnettur awdjo estern (ara l-figura 3)
Il-protettur tas-smigħ għandu konnettur elettron-
iku tal-awdjo. Iċċekkja din il-funzjoni qabel tuża l-
unità. F'każ ta' ħsarat jew malfunzjonament, aqra
l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
– Twissija! Jekk tqabbad sors tal-awdjo estern,
tista' teċċedi l-livell ta' kuljum permissibbli ta'
espożizzjoni għall-istorbju.
– Sinjal massimu tal-awdjo permess: 263mV
– Tista' tqabbad apparat tar-radju, MP3-Plejers,
telefowns ċellulari jew sorsi oħra tal-awdjo per-
mezz ta' plagg tal-awdjo ta' 3.5 mm.
– Biex tuża konnessjoni esterna tal-awdjo,
għandek tixgħel il-funzjoni tal-lawdspiker.
Batteriji (ara l-figura 4)
– L-unità tinbiegħ b'żewġ batteriji AA-1.5 V.
– Uża biss batteriji NiMH-AA-1.5 V.
– Iżgura li tqiegħed il-batteriji bil-polarità korretta.
– Dejjem itfi t-tagħmir qabel tbiddel il-batteriji.
– Twissija! Il-prestazzjoni tista' tonqos jekk tit-
baxxa l-kapaċità tal-batteriji. Il-batteriji jservu
għal bejn wieħed u ieħor 130 siegħa waqt użu
normali.
Partijiet ta' rikambju/aċċessorji
Sett iġjeniku #74.76.540
– 2 ċrieki tas-siġillar
– 2 assorbenti tal-ħoss
– kuxxinett għar-ras
(għas-sostenn ta' fuq ir-ras biss)
Agħżel is-sett iġjeniku li jkun jaqbel mal-prottettur
tas-smigħ tiegħek. Is-sett iġjeniku għandu jinbidel
mhux inqas minn darbtejn fis-sena.
55

Quicklinks ausblenden:

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

74.76.535

Inhaltsverzeichnis