Herunterladen Diese Seite drucken

DeLonghi AQVA Bedienungsanleitung Seite 199

Elektrischer handtuchwärmer

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 45
SIMBOLI UŻATI FIL-MANWAL
IMPORTANTI!
PERIKLU GĦAS-SIKUREZZA TA' PERSUNI, PETS U
OĠĠETTI.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' XOKK ELETTRIKU.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' ĦSARA LILL-APPARAT.
TWISSIJA
ATTENZJONI: Xi partijiet minn dan il-
prodott jistgħu jisħu ħafna u jikkaġunaw
ħruq. Attenzjoni partikolari għandha
tingħata meta tfal u persuni vulnerabbli
jkunu preżenti.
Tfal li għadhom m'għalqux it-3 snin
għandhom jinżammu 'l bogħod mit-
towel warmer kemm-il darba ma
jkunux taħt sorveljanza kontinwa.
Tfal li għandhom bejn it-3 snin u inqas
minn 8 snin jistgħu jixgħelu/jitfu
l-apparat biss kemm-il darba dan ikun
tqiegħed jew ġie installat fil-pożizzjoni
ta' ħidma normali maħsuba għalih
u jkunu ngħataw superviżjoni jew
struzzjonijiet rigward l-użu tal-apparat
b'mod sikur u li jifhmu l-perikli involuti.
Tfal bejn it-3 u t-8 snin ma jistgħux
jiskonnettjaw, jirregolaw u jnaddfu
l-apparat jew iwettqu manutenzjoni
tal-utent. Dan l-apparat jista' jintuża
minn tfal mill-età ta' 8 snin u aktar u
persuni li għandhom kapaċitajiet fiżiċi,
sensorjali jew mentali mnaqqsa jew
nuqqas a' esperjenza u għerf jekk ikunu
ngħataw superviżjoni jew struzzjonijiet
rigward l-użu tal-apparat b'mod
sikur u jifhmu l-perikli involuti. It-tfal
m'għandhomx jilgħabu bl-apparat.
It-tindif u l-manutenzjoni tal-utent
m'għandux isir minn tfal mingħajr
superviżjoni.
ATTENZJONI:
Dan l-apparat hu disinnjat u magħmul
biss biex jixxotta xugamanu maħsula
bl-ilma biss. M'għandux jintuża għal
skopijiet oħra.
IMPORTANTI!
TEMPERATURI GĦOLJIN.
RISKJU TA' ĦRUQ.
SUĠĠERIMENTI GĦAL TĦADDIM
EFFIĊJENTI.
M'GĦANDEKX TGĦATTI L-APPARAT!
Qatt m'għandek tinstalla l-apparat:
- eżatt taħt jew quddiem sokit tad-dawl jew
junction box (Fig. 6)
- f'kuntatt mal-ħajt jew il-paviment
- qrib purtieri, materjal infjammabbli jew
kombustibbli jew reċipjenti taħt pressjoni.
ATTENZJONI:
Irrispetta d-distanzi murija f'figuri 4, 5.
Sabiex jiġu evitati riskji lil tfal żgħar,
installa l-apparat bl-aktar element baxx
tat-tisħin tal-anqas 600 mm mill-art. (Fig.
4).
Installa u uża l-apparat kif deskritt f'dawn
l-istruzzjonijiet biss.
Jekk il-kejbil tal-provvista għandha l-ħsara,
din trid tinbidel mill-manifattur, l-aġent
tas-servizz jew persuni oħra kkwalifikati
sabiex tevita l-periklu. Qatt m'għandek tuża
l-apparat jekk il-kontrolli elettroniċi jkollhom
il-ħsara.
Kun żgur li l-linja tad-dawl hi mgħammara
b'tagħmir ta' sezzjonament li jippermetti
t-tagħmir ikun jista' jinqala' minn mal-
provvista tal-elettriku, li jinkludi l-Wajer
Pilota meta jkun preżenti, b'mod konformi
mal-leġiżlazzjoni attwali.
ATTENZJONI:
Qatt m'għandek tgħatti b'xi mod it-
tagħmir tal-kontrolli. (Fig. 6)
L-apparat fih kwantità preċiża ta' fluwidu
speċjali. It-tiswijiet kollha meħtieġa mill-
apparat biex jinfetaħ għandhom isiru minn
professjonist ikkwalifikat. F'każ ta' tnixxijat
taż-żejt, ikkuntattja l-aġent lokali tiegħek
jew professjonist kwalifikat.
Ir-rimi ta' dan l-apparat u l-fluwidu li hemm
fl-apparat għandu jsir b'mod konformi mal-
leġiżlazzjoni fis-seħħ għar-rimi ta' żejt u
l-ġestjoni ta' skart.
197
MT

Werbung

loading

Diese Anleitung auch für:

AmelieKarmaAlicante