Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Tħaddim; Ixgħel Il-Magna; Waqqaf Il-Magna; Battal It-Tagħmir Li Jaqbad Il-Ħaxix - Echo DLM-310/35P Bedienungshandbuch

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 211
"×" : imneħħija
8
TĦADDIM
TWISSIJA
Tmissx il-pakkett tal-batterija, l-iswiċċ jew il-magna b'idejn
imxarrba. Tesponix għal xita u tħallix il-likwidu jidħol ġol-
kompartiment tal-mutur.
Ilbes protezzjoni għall-għajnejn waqt it-tħaddim.
8.1
IXGĦEL IL-MAGNA
Stampa 8.
1. Daħħal iċ-ċavetta tas-sigurtà.
2. Imbotta u żomm il-buttuna tal-attivazzjoni.
3. Waqt li żżomm il-buttuna tal-attivazzjoni, iġbed l-iswiċċ
tal-manku fid-direzzjoni tal-manubriju.
4. Issa tista' titlaq il-buttuna tal-attivazzjoni.
NOTA
Jekk il-magna ma tixgħelx,
1. iftaħ il-flap tal-kompartiment tal-batterija u vverifika ċ-
ċavetta tas-sigurtà.
2. neħħi l-pakkett tal-batterija u eżamina l-gverta tat-
tagħmir tat-tqattigħ biex tkun ċert li ma jkunx inqabad
xi ħaxix fix-xafra u li x-xafra tista' ddur liberament.
Bidu bil-mod
Din il-magna Li-ion għandha aspett distintiv ta' "bidu bil-
mod". Meta tixgħel il-magna, titla' għall-veloċità massima
wara madwar 3 sekondi.
8.2

WAQQAF IL-MAGNA

Stampa 8.
1. Itlaq l-iswiċċ tal-manku biex twaqqaf il-magna.
TWISSIJA
Stenna sakemm ix-xafra tieqaf kompletament qabel ma
terġa' tixgħel il-magna. Titfix u tixgħelx il-magna bl-għaġla
għax tagħmlilha l-ħsara.
TWISSIJA
Dejjem neħħi ċ-ċavetta tas-sigurtà u l-pakkett tal-batterija
wara li tispiċċa x-xogħol.
8.3
BATTAL IT-TAGĦMIR LI JAQBAD
IL-ĦAXIX
1. Waqqaf il-magna.
2. Neħħi ċ-ċavetta tas-sigurtà.
3. Neħħi l-pakkett tal-batterija.
4. Iftaħ il-bieba ta' wara għar-rilaxx u żommha miftuħa.
Malti
5. Żomm it-tagħmir li jaqbad il-ħaxix mill-manku tiegħu u
żganċjah mil-fetħiet.
6. Agħlaq il-bieba ta' wara għar-rilaxx.
7. Battal it-tagħmir li jaqbad il-ħaxix.
8.4
ĦADDEM FUQ TLAJJA' U NŻUL
Taħsadx fuq tlajja' u nżul b'xaqliba ta' iktar minn 15°. Jekk
m'intix komdu, taħsadx fuq tlajja' u nżul.
Titlax u tinżel xi telgħa jew niżla, aħsad min-naħa għall-
oħra tal-wiċċ tan-niżla jew telgħa. Oqgħod attent meta
tbiddel id-direzzjoni fuq telgħa jew niżla.
Issorvelja t-toqob, kanali, blat jew oġġetti oħra moħbija
għax tista' taqa' minħabba fihom. Neħħi l-ostakli kollha
bħal blat u friegħi ta' siġar.
Kun żgur li saqajk ikunu sodi. Jekk il-bilanċ tiegħek ma
jkunx sew, itlaq l-iswiċċ tal-manku minnufih.
Taħsadx ħdejn xi niżla wieqfa, kanali jew truf ħdejn l-
ilma.
8.5
SUĠĠERIMENTI GĦAL TĦADDIM
AĦJAR
Tippruvax twaqqaf l-operazzjoni tal-buttuna tal-
attivazzjoni jew l-iswiċċ tal-manku.
Tinklinax il-magna meta tixgħelha.
Tpoġġix idejk jew saqajk ħdejn jew taħt il-partijiet li
jkunu qed iduru.
Żomm il-passaġġ tar-rilaxx nadif.
Tqattax il-ħaxix meta jkun imxarrab.
Ħaxix ġdid jew oħxon ikollu bżonn li l-għoli tax-xafra
jkun ogħla.
Naddaf il-qiegħ tal-gverta tal-magna tal-ħsad wara kull
użu. Neħħi t-tqaċċit tal-ħaxix, weraq, ħmieġ u tifrik ieħor.
9

MANUTENZJONI

Tħallix il-fluwids tal-brejkijiet, il-petrol, u l-materjali
bbażati fuq iż-żejt imissu l-partijiet tal-plastik. Sustanzi
kimiċi jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-plastik u mbagħad il-
plastik ma jkunx iktar tajjeb biex jintuża.
Tużax solventi jew deterġenti qawwija fuq il-qafas jew
komponenti tal-plastik.
Neħħi l-pakkett tal-batterija mill-magna qabel il-
manutenzjoni.
245
TWISSIJA
KAWTELA
KAWTELA
TWISSIJA
MT

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis