Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Siemens SIMATIC ET 200AL Kompaktbetriebsanleitung Seite 54

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für SIMATIC ET 200AL:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 1
AVVIŻ
Periklu minn vultaġġ/kurrent!
Wettaq xogħol ta' assemblaġġ u żarmar meta s-sistema ma jkunx għaddej vultaġġ minnha biss.
Installa prodotti b'tip ta' protezzjoni IP65/67 skont IEC 60529 f'post fiss fuq ġewwa u protett mit-temp.
AVVIŻ
Vultaġġ funzjonali baxx ħafna u sigur
Il-prodott għandu jitħaddem b'vultaġġ funzjonali baxx ħafna u sigur (SELV, PELV). Għal aktar informazzjoni dwar il-
funzjonali baxx ħafna u sigur, jekk jogħġbok ikkonsulta d-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/95242965) tal-FI/O u l-iskedi tad-dejta tal-provvisti tal-enerġija li se
jintużaw.
Uża unità ta' provvista ta' enerġija li ma tipprovdix vultaġġ tal-ħruġ ta' aktar minn 35 V DC anke fil-każ ta' ħsara.
Segwi l-istruzzjonijiet u t-twissijiet fil-manwal rilevanti.
Kompatibbiltà elettromanjetika
Is-sistema I/O hija maħsuba għall-użu fl-Industrija tal-klassi ambjentali EMC.
Iżgura li s-sistema ta' awtomazzjoni tiegħek tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-EMC kif deskritt fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/95242965) tas-sistema I/O.
TWISSIJA
Emissjoni ta' interferenza/immunità ta' interferenza
It-tħaddim tas-sistema I/O jista' jikkawża interferenza tar-radju f'żoni residenzjali.
Jekk huwa mistenni li fil-post tal-użu jkun hemm interferenza EMC ogħla milli huwa intiż fl-EN61000-6-2 għas-settur
industrijali, għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali (bħal ESD, protezzjoni minn qbiż fil-vultaġġ).
Tindif
Wara li jiġu konnessi l-wajers, il-prodott joffri tip ta' protezzjoni IP65/IP67 u ma jeħtieġx tindif.
Jekk għal xi raġuni għandek bżonn tnaddaf il-prodott, naddfu b'ċarruta niexfa u nadifa. Jekk se tnaddaf il-prodott b'ċarruta
umda, iżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet għat-tip ta' protezzjoni IP65/IP67.
Manutenzjoni u tiswijiet
Il-prodott m'għandux bżonn manutenzjoni. Il-prodott jista' jissewwa mill-manifattur biss.
Riċiklaġġ u rimi
Biex it-tagħmir antik tiegħek jintrema u jiġi rriċiklat b'mod li jirrispetta l-ambjent, ikkuntattja kumpanija ċertifikata li
tamministra l-iskart elettroniku mormi. Armi l-prodott skont ir-regolamenti li japplikaw f'pajjiżek.
Aċċessorji
L-informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati tinsab fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/95242965)
Sigurtà funzjonali
AVVIŻ
Periklu għan-nies u l-ambjent
Sabiex jiġi evitat li jkun hemm periklu għan-nies u l-ambjent, m'għandek assolutament qatt taqbeż il-funzjonijiet ta' sigurtà
jew tieħu miżuri li flimkien jikkawżaw jew jirriżultaw f'qabża tal-funzjonijiet ta' sigurtà. Il-manifattur ma jassumix
responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' tali tbagħbis jew għal ħsara li tirriżulta minn nuqqas ta' osservazzjoni ta' din it-twissija.
Għal funzjonijiet rilevanti għas-sigurtà, wettaq valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistema kollha, inklużi l-komponenti kollha rilevanti
għas-sigurtà.
Distributed I/O system ET 200AL
A5E51784822-AA, 03/2022
53

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis