Herunterladen Diese Seite drucken

Bosch 3 842 358 791 Betriebsanleitung Seite 74

Werbung

Malti
Traduzzjoni tal-manwal tal-istruzzjonijiet oriġinali
1.
Dwar din id-dokumentazzjoni
Id-data indikata sservi sabiex tiddeskrivi l-prodott. Jekk tingħata wkoll informazzjoni
dwar l-użu, din tkun tikkostitwixxi biss eżempji tal-applikazzjoni u suġġerimenti.
L -informazzjoni fil-katalgu ma tirrappreżentax karatteristiċi ggarantiti. Id-data
ma teħlisx lill-utent milli jwettaq evalwazzjonijiet u testijiet proprji. Il-prodotti
tagħna huma soġġetti għal proċess naturali ta' tkagħbir bl-użu u tiqdim.
© Id-drittijiet kollha jinżammu minn Bosch Rexroth AG, anki f'każ ta'
applikazzjonijiet għal drittijiet ta' proprjetà. Kull dritt ta' użu, bħad-dritt
tal-ikkupjar jew ta' distribuzzjoni, huwa rriżervat għalina.
Fuq il-faċċata hija stampata konfigurazzjoni eżemplari. Il-prodott ikkonsenjat
għalhekk jista' jvarja mill-figura.
Il-manwal tal-istruzzjonijiet oriġinali nkiteb bil-Ġermaniż.
Validità tad-dokumentazzjoni
Aqra din il-gwida u d-dokumentazzjoni meħtieġa u dik supplimentari:
– 3 842 358 820, "Struzzjonijiet ġenerali dwar is-sigurtà għall-installazzjoni
elettroteknika tal-komponenti MPS",
– il-gwidi tal-lampi li huma konnessi mar-regolatur (DIM-Box),
qabel ma taħdem bil-prodott jew toperah.
www.boschrexroth.com/mediadirectory
2.
Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
Osserva l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà fil-gwidi tal-lampi li huma konnessi
mar-regolatur (DIM-Box).
L-użu intenzjonat
Uża r-regolatur (DIM-Box) ġewwa bini niexef u nadif biss.
Tużax ir-regolatur (DIM-Box) eżattament biswit emissjonijiet kimiċi
(eż. irxiex taż-żejt jew dħaħen tal-issaldjar) jew sorsi tat-trab.
Fjus preliminari
EU ≤ 16 A, USA/CAN ≤ 15 A
Użu mhux kif intenzjonat
Kwalunkwe użu ieħor li mhux dak deskritt fl-użu intenzjonat mhuwiex korrett
u għalhekk mhuwiex permess. Bosch Rexroth AG ma tkunx responsabbli għal
ħsara li tirriżulta minn użu mhux kif intenzjonat. L -utent huwa responsabbli
għar-riskji assoċjati ma' użu mhux kif intenzjonat.
Użu mhux kif intenzjonat tal-prodott jinkludi:
it-tħaddim f'ambjent umduż bil-kondensazzjoni (kamra umda) jew meta jkun
hemm emissjonijiet kimiċi,
l-użu bħala swiċċ li jitfi/jixgħel il-lampa,
it-tħaddim mingħajr protezzjoni suffiċjenti minn interferenzi mekkaniċi,
it-tħaddim f'qasam mhux kummerċjali.
3.
Portata tal-kunsinna
Regolatur (mingħajr kejbil tal-konnessjoni)
4.
Deskrizzjoni tal-prodott
Ir-regolatur (DIM-Box) jintuża biex itaffi l-qawwa tat-tidwil tal-lampi tas-sistema
LS ... LED, b'interfaċċa DIM (1 – 10 V).
Identifikazzjoni tal-prodott
Din isseħħ permezz tan-numru tal-materjal (3 842...) fuq il-pjanċa tal-isem
1
(ara l-Figura 
).
5.
Assemblaġġ
Osserva l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà tal-gwida 3 842 358 820, "Struzzjonijiet
ġenerali dwar is-sigurtà għall-installazzjoni elettroteknika tal-komponenti MPS".
Osserva l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà fil-gwida tal-lampi li huma konnessi
mar-regolatur (DIM-Box).
Assemblaġġ tar-regolatur (DIM-Box)
Kun ċert(a) li -tagħmir tal-elettriku użat jikkonforma mal-istandards nazzjonali
fl-applikazzjoni tiegħu.
Il-passi tal-assemblaġġ huma deskritti fil-Figura 
Opera mhux iktar minn 6 lampi tas-sistema b'regolatur (DIM-Box).
Installazzjoni elettrika ta' regolatur (DIM-Box)
1.
Għandek tiżgura li l-installazzjoni titwettaq biss minn persuni b'għarfien
u esperjenzi elettrotekniċi rilevanti (ara l-gwida 3 842 358 820).
2.
Osserva l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà fil-gwida 3 842 358 820, "Struzzjonijiet
ġenerali dwar is-sigurtà għall-installazzjoni elettroteknika tal-komponenti MPS".
3.
Uża l-kejbils permissibbli biss (ikkowdjar blu), ara t-tabella li ġejja.
4.
Għall-installazzjoni ara l-Figura
5.
Issiġilla l-konnessjonijiet kollha li mhumiex użati bil-partijiet li jagħlqu
(iffittjati minn qabel il-kunsinna).
 
2
.
3
.
Ir-regolatur (DIM-Box) ma jistax ikun ertjat (SELV (EU)/Class II (USA/CAN),
ikkowdjar blu!). Ara wkoll "Data Teknika".
Plakka
1
2
EU
3
6.
Ikkummissjonar/operazzjoni
Ħaddem dan il-prodott biss wara li tkun qrajt u fhimt id-dokumentazzjoni
meħtieġa u dik supplimentari 3 842 358 820, "Struzzjonijiet ġenerali dwar
is-sigurtà għall-installazzjoni elettroteknika tal-komponenti MPS".
Kun ċert li l-konnessjonijiet kollha jkunu mgħottijin jew magħluqin. Iċċekkja
li l-konnessjonijiet tal-viti u l-konnetturi tal-plakek kollha jkunu mmuntati
b'mod fiss.
Ibda uża l-prodott biss jekk ikun installat kompletament.
Permezz tat-tidwir tar-regolatur il-luminożità tal-lampa tista' tiġi ssettjata għal bejn
10 % u 100 %. Id-dawl jista' jkun ukoll kompletament mitfi, madankollu l-lampa
ma tkunx mitfija b'dan il-mod, din jibqa' jkollha vultaġġ għaddej minnha.
Il-lampi tas-sistema jistgħu jinxtegħlu/jintfew permezz ta' strippa ta' sokits
bi swiċċ li jixgħel u jitfi jew permezz tas-swiċċ ewlieni fl-erja tax-xogħol.
7.
Tħaddim
L -avviż ta' twissija li ġej jgħodd għal-lampi kollha mingħajr is-simbolu VDE
fuq il-pjanċa tal-isem (3 842 552 220, 3 842 552 222, 3 842 552 224).
 ATTENZJONI
Periklu għall-persuni minħabba effett ta' stroboskopju jew wagon
wheel effect!
Waqt l-operat b'luminożità mnaqqsa/imtaffija, id-dawl isirlu clocking b'240 Hz
hekk li ma jidhirx għall-għajn tal-bniedem.
F'każ ta' oġġetti mobbli jew iduru fil-kamp viżiv, dan jista' joħloq illużjoni
li l-oġġetti huma statiċi, jew qegħdin jiċċaqalqu bil-mod jew lura.
Sitwazzjoni bid-dawl imtaffi għandha tiġi ittestjata u f'każ ta' dubju l-lampa
għandha titħaddem b'100 % (luminożità massima mingħajr clocking).
8.
Rimi
Ir-rimi mingħajr ħsieb tal-prodott jista' jniġġes l-ambjent.
Armi l-prodott skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' pajjiżek.
9.
Estensjoni u modifika
Ma tistax timmodifika l-prodott.
Il-garanzija ta' Bosch Rexroth tapplika biss għall-konfigurazzjoni kkonsenjata
u għal estensjonijiet li jkunu ttieħdu inkunsiderazzjoni waqt il-konfigurazzjoni.
Wara modifika jew estensjoni li tmur lil hinn miċ-ċirkwit deskritt fid-
dokumentazzjoni supplimentari 3 842 358 820, "Struzzjonijiet ġenerali dwar
is-sigurtà għall-installazzjoni elettroteknika tal-komponenti MPS", il-garanzija
ma tibqax valida.
10. Data teknika
Regolatur (DIM-Box)
Interfaċċa DIM
EU: SELV
(ikkowdjar blu)
USA/CAN: Class II
Sokit
L (m) Nru
3 842 552 226
3
3 842 553 141
2
3 842 553 140
1
3 842 553 139
3 842 055 145
1 – 10 V,
b'mod analogu
+
2/4

Werbung

loading