Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Mammut Skywalker Via Ferrata Set Anleitung Seite 79

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Mistrieħ
Meta tkun qed tistrieħ, tista' tiddendel direttament mis-sett
tal-via ferrata jew tuża l-ħolqa tal-mistrieħ ipprovduta (Fig.
7.3), li tqabbdek b'mod komdu mal-punt tal-ankraġġ bi rbit
iqsar. Dejjem żomm id elastika waħda mqabbda mal-kejbil
tas-sikurezza.
Belaying b'ħabel
Utenti li jiżnu inqas minn 40 kg (mingħajr tagħmir) jew aktar
minn 120 kg (bit-tagħmir b'kollox) għandhom ikunu belayed
b'ħabel li jissodisfa l-istandards EN  892/EN  1891 jew
sistema PPE ekwivalenti ddisinjata għat-top-rope belaying.
F'partijiet diffiċli, irrispettivament mill-piż tal-utent, dejjem
huwa rrakkomandat li jsir belaying addizzjonali b'ħabel.
Mammut dejjem tirrakkomanda belaying addizzjonali għall-
adulti mingħajr esperjenza u għat-tfal (Fig. 7.4).
Kif jaħdem
Wara li jitpoġġa stress fuq l-assorbitur tal-enerġija minn
waqgħa, jista' jkun li ma jibqax jista' jassorbi l-enerġija minn
waqgħa oħra (Fig. 7.5).
Użu ħażin
8
Karabiner m'għandu qatt jiġi kklippjat fl-irbit tas-sikurezza
(Fig. 8.1). Dan jista' jwaqqaf lill-assorbitur tal-enerġija milli
jaħdem kif suppost.
L-idejn elastiċi qatt m'għandhom jitpoġġew madwar
l-għonq għax dan joħloq riskju ta' fgar (Fig. 8.2).
Qatt torbot l-idejn elastiċi f'għoqiedi, għax dan inaqqsilhom
is-saħħa (Fig. 8.3).
Il-karabiner ta' mistrieħ għandu jitħalla mdendel liberament
meta ma jkunx qed jintuża (Fig. 8.4, 8.5, 8.6).
Spezzjoni
9
Spezzjona s-sett tal-via ferrata tiegħek qabel u wara kull
użu biex tiżgura li qed jaħdem kif suppost u m'għandux
ħsara. Żgura li l-assorbitur tal-enerġija ma tpoġġiex
taħt iżjed stress milli jiflaħ. Jekk it-tikketta tkun miksura
(kompletament jew parzjalment), ibdel is-sett tal-via ferrata.
Spezzjona l-idejn elastiċi, il-ħolqa għall-irbit u l-pawċ. Ara
jkunx hemm ħsara u sinjali ta' tkagħbir, bħal qtugħ, tiżrit u
ħsara kimika. Żgura li l-ħjata tkun intatta.
Il-karabiner m'għandux ikollu deformitajiet jew ikun
imxaqqaq. Iftaħ il-parti li tiċċaqlaq u żgura li tingħalaq
u tinqafel waħedha meta titlaqha. It-tagħmir irid jiġi
spezzjonat kompletament minn speċjalista darba fis-sena.
Ħajja operattiva u meta għandek tieqaf
10
tuża s-sett tal-via ferrata tiegħek
Il-ħajja operattiva ta' prodott ma tistax tiġi ddeterminata
b'mod preċiż minn qabel, peress li tiddependi fuq ħafna
72

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis