Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

3M C1500SS Kurzanleitung Seite 66

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für C1500SS:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 39
Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà: L-informazzjoni f'dan id-dokument hija soġġetta għal tibdil mingħajr
preavviż. L-ebda parti ta' dan id-dokument ma tista' tiġi riprodotta jew trażmessa fi kwalunkwe forma jew permezz ta'
kwalunkwe mezz, elettroniku jew mekkaniku, għal kwalunkwe skop, mingħajr il-permess espress bil-mitkub ta' 3M
Touch Systems, Inc. 3M jista' jkollha privattivi jew applikazzjonijiet ta' privattivi pendenti, marki kummerċjali, drittijiet
tal-awtur, jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħrajn minbarra kif ipprovdut espressament fi kwalunkwe ftehim ta'
liċenzja bil-miktub minn 3M Touch Systems, Inc.
L-informazzjoni pprovduta f'dan id-dokument hija maħsuba bħala gwida biss. Għall–aħħar speċifikazzjonijiet tal-
inġinerija dettaljati, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Inġinier tal-Applikazzjoni tiegħek ta' 3M Touch Systems, Inc.. 3M
Touch Systems, Inc. hija impenjata biex ittejjeb kontinwament id-disinji tal-prodotti tagħha. Bħala riżultat, l-
ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż.
"Konformi mal-RoHS 2011/65/UE" tfisser li l-prodott jew parti minnu ma fihx sustanzi li jabżu l-valuri massimi ta'
konċentrazzjoni (maxi mum concentration values - "MCVs") fid-Direttiva tal-RoHS tal-UE 2011/65/UE, sakemm is-
sustanza mhijiex applikazzjoni li hija eżenti taħt l-UE RoHS. Il-MCVs huma skont il-piż f'materjali omoġenji. Din l-
informazzjoni tirrappreżenta l-għarfien u t-twemmin ta' 3M, li jistgħu jkunu bbażati kollha kemm huma jew parti
minnhom fuq l-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi lil 3M.
AVVIŻ: Minħabba l-varjetà ta' fatturi li jistgħu jaffettwaw l-użu u l-prestazzjoni ta' prodott ta' 3M Touch Systems, Inc.
(il-"Prodott"), inkluż li t-tagħmir fi stat solidu għandu karatteristiċi tal-operat differenti minn tagħmir elettromekkaniku,
li uħud mill-fatturi tiegħu huma unikament fl-għarfien u l-kontroll tal-Utent, huwa essenzjali li l-Utent jevalwa l-Prodott
u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. biex jiddetermina jekk huwiex adattat għall-iskop partikolari tal-Utent u adattat
għall-metodu ta' applikazzjoni tal-Utent. Id-dikjarazzjonijiet, l-informazzjoni tal-inġinerija/teknika u r-
rakkomandazzjonijiet ta' 3M Touch Systems, Inc. huma pprovduti għall-konvenzjenza tal-Utent, iżda l-akkuratezza jew
il-kompletezza tagħhom mhijiex iggarantita. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. mhumiex iddisinjat
speċifikament għall-użu f'apparat mediku kif iddefinit mil-liġi federali tal-Istati Uniti. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M
Touch Systems, Inc. ma għandhomx jintużaw f'tali applikazzjonijiet mingħajr il-kunsens espress bil-miktub ta' 3M
Touch Systems, Inc.. L-utent għandu jikkuntattja r-rappreżentant tal-bejgħ tiegħu jekk l-opportunità tal-Utent tinvolvi l-
applikazzjoni ta' apparat mediku.
AVVIŻ IMPORTANTI GĦAX-XERREJ: L-ispeċifikazzjonijiet huma soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż. Dawn
il-Prodotti u softwer ta' 3M Touch Sys tems, Inc. huma ggarantiti li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati tagħhom
mid-data tad-dispaċċ u għall-perjodu ddikjarat fl-ispeċifikazzjoni. 3M Touch Systems, Inc. ma tagħti l-ebda garanzija
addizzjonali, espressa jew impliċita, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal kwalunkwe garanziji impliċiti ta'
kummerċjabilità jew idonjetà għal skop partikolari. L-utent huwa responsabbli biex jiddetermina jekk il-Prodotti u
softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. humiex idoneji għall-iskop partikolari tal-Utent u humiex adattati għall-metodu ta'
produzzjoni tiegħu, inkluża r-responsabblità tal-proprjetà intellettwali għall-applikazzjoni tal-Utent. Jekk il-Prodott,
softwer jew midja tas-softwer tintwera li ma tissodisfax il-garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc., l-uniku obbligu ta' 3M
Touch Systems, Inc. u r-rimedju esklussiv tal-Utent u x-Xerrej ser ikunu, għad-diskrezzjoni ta' 3M Touch Systems, Inc.,
it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-kwantità tal-Prodott jew il-midja tas-softwer jew ir-rimborż tal-prezz tax-xiri. 3M
Touch Systems, Inc. ma għandha l-ebda obbligu taħt il-garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc. għal kwalunkwe Prodott,
softwer jew midja ta' softwer li jkun ġie mmodifikat jew li jiġrilu l-ħsara minħabba użu ħażin, negliġenza jew
operazzjonijiet jew assemblaġġi sussegwenti tal-manifattura minn kwalunkwe persuna minbarra 3M Touch Systems, Inc.
3M Touch Systems, Inc. ma għandhiex tinżamm responsabbli fi kwalunkwe azzjoni kontra tagħha fi kwalunkwe
mod relatat mal-Prodotti jew softwer għal kwalunkwe telf jew ħsara, kemm jekk dirett u mhux speċifikat,
indirett, speċjali, inċidentali jew konsegwenzjali (li jinkludu żmien ta' waqfien, telf ta' profitti jew avvjament)
irrispettivament mit-teorija legali affermata.
© 3M 2015 Id-drittijiet kollha riżervati.
Titolu tad-Dokument: Gwida Introduttorja Rapida għal 3M
TM
TouchDisplay
Numru tad-Dokument: TSD-48055, Reviżjoni B
3M, il-lowgo ta' 3M logo, MicroTouch, u l-lowgo ta' MicroTouch huma jew marki kummerċjali rreġistrati jew inkella
marki kummerċjali ta' 3M fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn.
Il-marki kummerċjali l-oħrajn kollha huma l-proprjetà tas-sidien rispettivi tagħhom.
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
64

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis