Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Kapitolu 1; Noti Importanti; Indikaturi Tas-Servisjar U Tat-Tiswija - 3M MicroTouch C1500SS Installationsanleitung

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für MicroTouch C1500SS:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 156
258

KAPITOLU 1

Użu Maħsub
It-3M
biex jissostitwixxu displej eżistenti. Dawn id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni
professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa. Dawn mhumiex maħsuba jew
ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra ma
ġiex evalwat minn 3M u jista' jwassal għal nuqqas ta' sigurtà.

Noti Importanti

 Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'sors tal-enerġija xieraq.
 Ipplaggla l-wajer tal-elettriku f'reċipjent ertjat.
 Meta taqla' l-wajer tal-elettriku, iġbed mill-plakka mhux mill-wajer.
 Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew
sajjetti.
 Installa d-displej f'żona ventilata sew. Dejjem żomm ventilazzjoni tajba sabiex tevita
li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem b'mod affidabbli u kontinwu.
 Ftakar li t-temperatura operattiva tal-installazzjoni tista' tkun ogħla minn dik tal-
kamra, u qies li tinstalla l-unità f'ambjent kompatibbli mat-temperatura tal-kamra
massima nominali.
 Meta tinstalla l-unità, kun ċert li din ma tirrestrinġix il-fluss tal-arja lejn kwalunkwe
tagħmir ieħor fl-installazzjoni meħtieġ għall-operat sikur
 Tesponix dan id-displej għad-dawl tax-xemx jew sħana diretta. Is-sħana passiva tista'
tikkawża ħsara lill-kaxxa tal-metall u partijiet oħrajn.
 Tinstallax dan id-displej f'żoni fejn jistgħu jiġu ġġenerati vibrazzjonijiet estremi.
Pereżempju, tagħmir tal-manifattura li jinstab fil-viċinanzi jista' jipproduċi
vibrazzjonijiet qawwijin. Il-vibrazzjonijiet jistgħu jikkawżaw id-displej biex juri
stampa skulurita jew kwalità tal-vidjow bagħtuta.
 Ara li l-interkjużura ma tmissx mat-touch sensor.
 Ara li twaħħal id-displej mal-interkjużura sew.
 Sabiex tevita kwistjonijiet ergonomiċi:
Tinstallax id-displej b'mod jew f'post b'aċċessibbiltà diffiċli.
L-użu fit-tul jista' jirriżulta f'tensjoni fil-muskoli, l-għeruq jew minħabba qagħda
fissa. Huwa rakkomandat li tieħu pawżi regolari mill-użu kontinwu.

Indikaturi tas-Servisjar u tat-Tiswija

Tippruvax twettaq servisjar tal-unità inti stess. Jekk tneħħi l-kaver tad-displej tista'
tesponi lilek innifsek għal vultaġġ perikoluż jew riskji oħrajn. Aqla' l-plakka tad-displej
mill-iżbokk tal-elettriku u rreferi għal personal kwalifikat għas-servisjar fil-każ li:
Jinxtered xi likwidu fil-prodott jew il-prodott ikun espost għax-xita jew l-ilma.
Il-prodott ma jaħdimx sew jekk l-istruzzjonijiet tal-operat ma jiġux segwiti.
TSD-30219
Gwida għall-Installazzjoni għal 3M™ MicroTouch™ Display C1500SS
Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati
Rev F

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis