b'mod korrett fir-rigward ta' xulxin.
SPEZZJONI DETTALJATA
Minbarra l-ispezzjoni qabel, waqt u wara
kull użu, trid issir spezzjoni dettaljata
minn spettur kompetenti mill-inqas kull
12-il xahar jew aktar ta' spiss skont
l-ammont u t-tip ta' użu. Agħmel kopja
ta' dawn l-istruzzjonijiet u uża waħda
bħala r-rekord permanenti tal-ispezzjoni
u żomm l-oħra mat-tagħmir. Irreġistra
r-riżultati fuq il-formola tal-ispezzjoni tal-
PPE tiegħek: it-tip, il-mudell, l-informazz-
joni ta' kuntatt tal-manifattur, in-numru
tas-serje jew in-numru individwali,
id-dati: il-manifattura, ix-xiri, l-ewwel użu,
l-ispezzjoni perjodika li jmiss; problemi,
kummenti, l-isem u l-firma tal-ispettur.
TINDIF, MANUTENZJONI U ĦŻIN
Tindif: Jekk maħmuġ, laħlaħ f'ilma sħun
nadif (temperatura massima ta' 25 C)
b'deterġent newtrali ħafif f'dilwizzjoni xier-
qa (medda ta' pH ta' 5.5 sa 8.5), u laħlaħ
sew. Meta t-tagħmir jixxarrab, jew waqt
li jkun qed jintuża jew meta minħabba
t-tindif, dan għandu jitħalla jinxef b'mod
naturali, u għandu jinżamm 'il bogħod
mis-sħana diretta. Il-korrużjoni ħafifa
tal-wiċċ tista' titneħħa bi xkupilja tal-wajer
(l-ebda għodda tal-elettriku). Tibqax
tużah jekk ikun hemm ħafna korrużjoni.
Ħżin: Matul it-trasportazzjoni jew wara
kwalunkwe tindif meħtieġ, aħżnu mhux
ippakkjat f'post frisk, xott, mudlam
f'ambjent kimikament newtrali 'il bogħod
minn sħana eċċessiva jew sorsi ta'
sħana, umdità għolja, truf li jaqtgħu, sus-
tanzi korrużivi jew kawżi oħra possibbli
ta' ħsara. Taħżnux imxarrab.
TUL TA' ĦAJJA
Mingħajr limitu għall-prodotti tal-metall.
It-tul ta' ħajja huwa l-ħajja massima tal-pro-
dott, soġġett għal kundizzjonijiet dettaljati
li l-manifattur jirrakkomanda li l-prodott
għandu jibqa' fis-servizz. Huwa diffiċli ħaf-
na li tiġi stmata l-obsolexxenza minħabba
MicroPulley_8x12_12042023.indd 67
MicroPulley_8x12_12042023.indd 67
l-kundizzjonijiet lokali tal-użu u tal-ħżin.
META MA GĦANDEKX TIBQA'
TUŻAH
Tibqax tuża minnufih kwalunkwe tagħmir
jekk:
• Kien espost għal waqgħa jew tgħabba
b'mod sinifikanti.
• Intuża b'mod ħażin, ġie mibdul, ġarrab
ħsara, kien espost għal sustanzi kimiċi
ta' ħsara
• Id-dawwara ma ddurx mingħajr xkiel
• Hemm kwalunkwe dubju dwar il-kun-
dizzjoni sikura ta' dan il-prodott.
OBSOLEXXENZA
Prodott jista' ma jibqax jintuża qabel it-
tmiem tat-tul ta' ħajja tiegħu. Ir-raġunijiet
jistgħu jinkludu bidliet fl-istandards,
fir-regolamenti, fil-leġiżlazzjoni applikab-
bli, l-iżvilupp ta' tekniki ġodda, l-inkom-
patibilità mat-tagħmir l-ieħor, eċċ.
TISWIJIET JEW MODIFIKI
Issewwix jew timmodifikax il-prodott
tiegħek bl-ebda mod sakemm ma jkunx
awtorizzat speċifikament bil-miktub
mill-manifattur.
IMMARKAR U TRAĊĊABILTÀ
Tneħħi l-ebda mmarkar jew tikketta.
L-immarkar irid jibqa' jinqara matul it-tul
ta' ħajja kollha tal-prodott. Il-prodott jista'
jiġi ttraċċat permezz tal-immarkar tiegħu
stess u ta' dan il-manwal tal-istruzzjoni-
jiet għall-utent.
PJAN TA' SALVATAĠĠ
Huwa importanti li jsir pjan għal
salvataġġ fil-każ ta' waqgħa QABEL ma
jinbeda x-xogħol. Huwa importanti wkoll
li jiġi żgurat li l-impjegatur ikollu pjan ta'
salvataġġ dokumentat u jkollu l-kapaċità
li jimplimentah. Dan jimplika taħriġ ade-
gwat fit-tekniki ta' salvataġġ meħtieġa.
MATERJAL PRINĊIPALI
Liga tal-aluminju, anodizzata
67
12/4/23 11:26 AM
12/4/23 11:26 AM