Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Yuasa YCX6 Bedienungsanleitung Seite 185

Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 24
Jekk il-batterija tkun fil-vettura:
Din ta' hawn taħt hija gwida, jekk jogħġbok ikkonsulta l-manwal tas-sid tal-vettura tiegħek
għal informazzjoni u proċeduri dwar il-vettura speċifika tiegħek.
Iddetermina jekk il-vettura hijiex ertjata b'mod pożittiv jew negattiv.
Jekk tkun ertjata b'mod negattiv (l-iktar komuni) - L-ewwel qabbad il-wajer l-aħmar
miċ-ċarġer għat-terminal tal-batterija pożittiv (+) u mbagħad qabbad il-wajer l-iswed
miċ-ċarġer għax-xażi tal-vettura u ' l bogħod mil-linja tal-fjuwil. (Biss jekk l-aċċess
għat-terminal negattiv mhux possibbli ).
Jekk tkun ertjata b'mod pożittiv - L-ewwel qabbad il-wajer l-iswed miċ-ċarġer għat-terminal
tal-batterija negattiv (-) u mbagħad qabbad il-wajer l-aħmar miċ-ċarġer għax-xażi tal-vettura
u 'l bogħod mil-linja tal-fjuwil. (Biss jekk l-aċċess għat-terminal pożittiv mhux possibbli)
Ladarba konness mal-batterija, qabbad iċ-ċarġer mal-elettriku tal-mejn.
Iċ-ċarġer jibda jaħdem awtomatikament meta l-elettriku tal-mejn ikun konness u jinxtegħel.
(Nota: Jekk l-indikatur tal-ħsara LED jixgħel aħmar, jekk jogħġbok iċċekkja l-konnessjonijiet
tiegħek għax x'aktarx li l-wajers pożittiv u dak negattiv inqalbu. Irreferi għal Troubleshooting
għal iktar informazzjoni).
Kif tiskonnettja ċ-ċarġer tal-batterija minn mal-batterija
Jekk il-batterija tinsab barra mill-vettura:
ITFI u aqla' s-sokit tal-elettriku tal-mejn minn mal-plagg u stenna għal mill-inqas ħames
minuti qabel ma tiskonnettja l-wajers tal-iċċarġjar.
Skonnettja l-wajer iswed, imbagħad skonnettja aħmar.
Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livelli tal-elektroliti. (Jista' jkun li jkollhom bżonn jiżdiedu bl-ilma
distillat wara l-iċċarġjar).
Jekk il-batterija tkun fil-vettura:
ITFI u neħħi s-sokit tal-elettriku tal-mejn minn mal-plagg u stenna għal mill-inqas ħames
minuti qabel ma tiskonnettja l-wajers tal-iċċarġjar.
Skonnettja l-wajer iswed minn mal-batterija jew minn max-xażi tal-vettura.
Neħħi l-wajer minn max-xażi tal-vettura.
Skonnettja l-wajer minn mal-batterija.
Jekk ikun possibbli, iċċekkja l-livelli tal-elektroliti. (Jista' jkun li jkollhom bżonn jiżdiedu bl-ilma
distillat wara l-iċċarġjar).
185

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Ycx12

Inhaltsverzeichnis