Herunterladen Diese Seite drucken

Kif Tħaddem It-3M Multi-Touch Chassis Display Tiegħek; Windows® 7 Jew Ogħla; Il-Pjattaformi L-Oħra Kollha (Il-Verżjonijiet Kollha Tal-Os Qabel Windows® 7); Appoġġ Għall-Applikazzjoni Multi-Touch - 3M Multi-Touch C3266PW Bedienungsanleitung

Projiziert-kapazitives touch (pct) chassis
Vorschau ausblenden Andere Handbücher für Multi-Touch C3266PW:

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 264
487
Kapitolu 2
Kif tħaddem it-3M Multi-Touch Chassis
Display Tiegħek
Windows® 7 jew Ogħla
It-3M Multi-Touch Chassis Display huwa kompatibbli ma' Windows® 7 jew ogħla
mingħajr softwer addizzjonali. Irreferi għad-dokumentazzjoni tal-Windows ta'
Microsoft għal aktar informazzjoni.
Il-Pjattaformi l-Oħra Kollha (Il-verżjonijiet kollha tal-OS qabel
Windows® 7)
Meta tuża konnessjoni tas-serje ta' Windows® 7 jew is-sistemi operattivi Windows®
XP, Vista jew Linux (jew USB jew tas-serje) jew sistema operattiva li ma tappoġġjax
in-native touch, 3M tipprovdi t-3M MicroTouch™ MT 7 Software għal drajvers tal-
multi-touch. Għal informazzjoni dwar kif tuża d-drajvers tiegħek stess biex tikkollega
mat-3M Multi-Touch Technology, irreferi għall-Gwida ta' Referenza tal-Kontrollur
tal-PCT.
Appoġġ għall-Applikazzjoni Multi-Touch
Ftakar li mhux l-applikazzjonijiet kollha jistgħu jaħdmu bil-Multi-touch - il-Multi-
touch hija funzjoni tal-applikazzjoni TIEGĦEK. Iċċekkja mal-bejjiegħ tal-
applikazzjoni tiegħek sabiex tiddetermina jekk is-softwer tiegħek għandux kapaċità
tal-multi-touch.
Kif tinstalla t-3M™ MicroTouch™ Software
Ftakar li Windows® 7 jew ogħla ma teħtieġx kwalunkwe softwer addizzjonali li
jippermetti l-funzjonalità tal-multi-touch.
Madankollu, għas-sistemi operattivi Windows® XP, Vista jew Linux® , it-3M™
MicroTouch™ Software jippermetti t-3M Multi-Touch Chassis Display tiegħek
jaħdem mal-kompjuter tiegħek. It-3M™ MicroTouch™ Software jinkludi pannell tal-
kontroll biex tikkonfigura l-preferenzi tat-touch sensor tiegħek u utilità dijanjostika.
Jekk ikollok problemi bit-touch sensor, tista' tuża l-utilitajiet dijanjostiċi pprovduti
biex tittestja s-sistema.
Għal aktar informazzjoni dwar it-3M Microtouch Software, jekk jogħġbok irreferi
għall-Gwida tal-Utent għal MT7.
Gwida għall-Utent għal 3M
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
TM
Multi-Touch Chassis Display

Werbung

loading