Herunterladen Diese Seite drucken

Aċċess Għall-Kontrolli Tal-Vidjow; Spazju Ħieles U Ventilazzjoni; Rekwiżiti Tal-Kard Tal-Vidjow; Kif Tuża L-Kontrolli Standard Għall-Kard Tal-Vidjow - 3M Multi-Touch C3266PW Bedienungsanleitung

Projiziert-kapazitives touch (pct) chassis
Vorschau ausblenden Andere Handbücher für Multi-Touch C3266PW:

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 264
474
Aċċess għall-Kontrolli tal-Vidjow
It-3M Multi-Touch Chassis Display għandu seba' buttuni li jinsabu fuq il-ġenb tad-
displej għall-menu ta' fuq l iskrin u biex taġġusta d-displej tal-vidjow. Kun ċert li tkun
tista' taċċessa l-kontrolli tal-vidjow malli t-3M Multi-Touch Chassis Display jiġi
installat.
Jekk l-ispazju huwa ristrett u l-aċċess huwa importanti, tista' tuża remote control tad-
displej ta' fuq l-iskrin (Parti Nru. 98-1100-0330-2) (C4267PW, C4667PW, C5567PW
biss).
Spazju Ħieles u Ventilazzjoni
Ħalli spazju ħieles ta' mill-inqas żewġ pulzieri wara t-3M Multi-Touch Chassis
Display għal ventilazzjoni tajba. L-unitajiet għandhom toqob tal-ventilazzjoni fil-parti
ta' fuq u fil-qiegħ fuq in-naħa ta' wara tax-chassis -- kun ċerta li dawn it-toqob ma
jkunux imblukkati matul l-installazzjoni. Dejjem żomm ventilazzjoni xierqa sabiex
tevita li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem b'mod affidabbli u kontinwu.
Avviż: Kun ċert li tħalli spazju ħieles ta' mill-inqas 2 pulzieri madwar l-inputs tal-
enerġija tal-fann
Irreferi għall-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati għall-kundizzjonijiet tat-temperatura u
tal-umdità massimi u minimi operattivi. Irreferi għall-iskeda ta' data tal-prodott fuq
is-sit web ta' 3M Touch Systems fuq http://www.3m.com/touch/.
Rekwiżiti tal-Kard tal-Vidjow
Ikkonferma li l-kompjuter tiegħek għandu kard tal-vidjow li tappoġġja r-riżoluzzjoni
tal-vidjow nativa ta' 1920 x 1080 għat-3M Multi-Touch Chassis Display. Semmi xi
ħaġa dwar li s-C65 huwa 4K u li ser teħtieġ tuża riżoluzzjoni ogħla.
Kif tuża l-Kontrolli Standard għall-Kard tal-Vidjow
Minbarra l-kontrolli standard fuq id-displej, kull kard tal-vidjow għandha diversi
kontrolli li jippermettuk taġġusta l-konfigurazzjonijiet tad-displej. Is-softwer u d-
drajver għal kull kard tal-vidjow huma uniċi. Fil-maġġoranza tal-każijiet, inti tista'
taġġusta dawn il-konfigurazzjonijiet billi tuża programm jew utilità pprovduta mill-
manifattur tal-kard tal-vidjow.
Modalitajiet u Rati ta' Aġġornament tad-Displej tal-Vidjow Appoġġjati
Il-kard tal-vidjow tiegħek għandha tappoġġja waħda mill-modalitajiet tad-displej
speċifikati hawn taħt. Jekk inti tagħżel modalità li mhijiex appoġġjata, id-displej jista'
ma jaħdimx jew juri immaġni mhux ċara.
Gwida għall-Utent għal 3M
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
TM
Multi-Touch Chassis Display

Werbung

loading