Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Kenwood NXR-5700E Anleitung Seite 22

Vorschau ausblenden Andere Handbücher für NXR-5700E:
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Verfügbare Sprachen
  • DE

Verfügbare Sprachen

  • DEUTSCH, seite 6
Drittijiet tal-awtur tal-Firmware
It-titlu għal u l-proprjetà tad-drittijiet tal-awtur għall-firmware inkluż fil-memorji tal-prodott KENWOOD huma riservati għal
JVC KENWOOD Corporation.
Informazzjoni dwar ir-Rimi ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku u Batteriji Qodma (applikabbli għall-pajjiżi li adottaw sistemi ta'
ġbir tal-iskart separat)
Prodotti u batteriji bis-simbolu (tank tal-iskart bir-roti maqtugħa) ma jistgħux jintremew bħala skart domestiku.
Tagħmir elettriku u elettroniku u batteriji qodma għandhom jiġu riċiklati f'faċilità adattata għal ġestjoni ta' dawn il-prodotti
u l-iskart iġġenerat minnhom.
Agħmel kuntatt mal-awtorità lokali għad-dettalji biex tidentifika l-eqreb faċilità ta' riċiklaġġ għalik.
Riċiklaġġ u rimi tal-iskart kif suppost se jgħin fil-konservazzjoni tar-riżorsi filwaqt li jiġu evitati effetti negattivi fuq
is-saħħa u l-ambjent tagħna.
Tesponix il-prodott għax-xita jew l-umdità; biex tevita nar jew xokk elettriku.
Tiftaħx il-prodott taħt ebda ċirkostanza biex tevita riskju ta' xokk elettriku.
Tesponix il-prodott għal perjodi twal ta' xemx diretta u tpoġġihx ħdejn tagħmir ta' tisħin.
Tpoġġix il-prodott f'postijiet b'ħafna trab u/jew umdużi, jew fuq uċuħ mhux stabbli.
Tpoġġix il-borża tal-plastik użata għall-ippakkjar ta' dan it-tagħmir f'post li jilħaq idejn tfal iż-żgħar. Jista' tifga jekk jintlibes b'mod ċatt.
Dejjem itfi r-repeater qabel tinstalla aċċessorji opzjonali.
Jekk tinnota xi riħa stramba jew duħħan ħiereġ mill-prodott, aqla' l-prodott minn mad-dawl immedjatament. Agħmel kuntatt mas-
service centre jew dealer tal-KENWOOD.
ATTENZJONI
◆ Dan ir-repeater huwa intiż biex jintuża bħala punt ta' bażi fissa bl-antenna li tkun imqiegħda fuq barra fuq is-saqaf jew fuq torri tal-
antenna.
◆ Dan ir-repeater hwua ddiżinjat għal sors tad-dawl 13.2 V DC. M'għandek qatt tuża sors ta' 24 V DC jew aktar biex tħaddem ir-
repeater.
◆ Uża biss il-wajer DC provdut.
◆ Tneħħix il-qalba tal-ferrit mwaħħla mal-wajer DC. Dan jista' jinterferixxi mal-komunikazzjoni bir-radju.
◆ Tpoġġi xejn fuq ir-repeater. Dan joħnoq it-tixrid tas-sħana.
TWISSIJA
Tinstallax ir-repeater f'atmosferi splussivi (gass li jista' jieħu n-nar, partiċelli tat-trab, sustanzi tal-mettall, sustanzi tal-qamħ, eċċ.)
Meta l-apparat jitqababd mad-dawl, l-indikatur POWER jaqleb aħdar. Dawwar il-kontroll tal-VOLUME fid-direzzjoni tal-
arloġġ sakemm tinstema' ħoss ta' klikk, biex jerġa' jiġi l-awdjo. Dawwar biex taġġusta l-awdjo. Dawwar il-kontroll VOLUME
kontra d-direzzjoni tarl-arloġġ biex titfi kompletament l-awdjo.
Id-dwal tal-indikatur BUSY jixgħelu ħodor meta tkun tirċievi sinjal u l-indikaturi TX jixgħelu ħomor meta tkun qed tittrażmetti.
AVVIŻI GĦALL-UTENT
PREKAWZJONIJIET
TĦADDIM TAR-REPEATER
1
< REP_NOTICE_BASIC OP >

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis