Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Noti ta' sigurtà
MAlti
Qabel ma tużaha ara li ma fiha ebda
ħsara minn barra! Jekk issib xi ħsara
jew xi tip ta' difett, dan l-apparat ma
jistax jintuża.
L-apparat u t-tagħmir ta' l-elettriku
mqabbad miegħu jista' jitħassar jekk
it-tagħbija ta' kurrent tkun ogħla
mill-valuri murija fuq il-pjanċa ta'
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent.
Tużax l-istrixxa tas-sokits fi kmamar
umdi. Jekk tidħol l-umdità fl-istrixxa
tas-sokits, aqla' minnufih l-plakka
minn mal-provvista ta' l-elettriku,
jew itfi l-kurrent minn fuq element
ta' protezzjoni 'il fuq. Ibgħat l-istrixxa
tas-sokit lill-manifattur sabiex isirulha
t-testijiet.
Ikkalibra
t­tagħbija massima permessa
fuq il­fjus fl-installazzjoni tal-bini
skond il­planċa ta' l­ispeċifikazzjonijiet
tal­kurrent. għandhom jiġu mħarsa
wkoll ir­regolamenti nazzjonali,
id­dispożizzjonijiet dwar sigurtà
u l­varjazzjonijiet tat­tagħbijiet
tal­fjus (ara wkoll il­punt 3.1).
Tilwix il-wajer u tpoġġix oġġetti fuqu.
Id-distributur tal-kurrent jista' jinfetaħ
biss minn personal ta' l-elettriku
speċjalizzati.
L-apparat għandu jiġi nstallat u mixgħul
għall-ewwel darba biss minn personal
speċjalizzat.
Jekk issir xi bidla fl-apparat, dan itellef
kull pretensjoni taħt il-garanzija.
Agħmel ċert illi l-konsum totali ta'
elettriku ta' l-apparat kollu mqabbad
ma' l-istrixxa tas-sokits ma
jeċċedix il-valuri nominali rispettivi
tal-kurrent speċifikati fuq il-pjanċa
ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent li
tinsab fuq l-istrixxa tas-sokit. Tista' ssib
id-dettalji dwar il-konsum ta' elettriku
fl-istruzzjonijiet dwar kif għandek
tħaddem l-apparat u fuq il-pjanċi ta'
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent ta'
l-apparat imqabbad.
Fuq unitajiet u varjanti b'konnessjoni
fissa, għandu jkun hemm faċilment
disponibbli separatur li jista' jiġi
aċċessat faċilment fuq iċ-ċirkwitu
ta' provvista ta' kurrent fuq is-sit.
Jekk ikun hemm xi ħsara jekk jogħġbok
ikkuntattja lill-eqreb post ta' servizz
għall-konsumatur!
Fir-rigward ta' mudelli bi fjus (fjusijiet)
li ma jistgħux jiġu risettjati, il-provvista
ta' l-elettriku trid tiġi mwaqqfa qabel
ma jinbidel il-fjus!
Twissija!
strixxa ta' sokits industrijali.
Qabbad l­istrixxa tas­sokits biss ma'
sistema ta' provvista ta' l­elettriku
ertjata!
11

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Inhaltsverzeichnis